Hockey
Hockey: Qormi u Sliema kontra xulxin fil-EuroHockey Club Challenge IV

Għada tiftaħ uffiċjalment l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-EuroHockey Club Challenge IV li se tkun qed issir f’Malta.

Iż-żewġ teams Maltin li se jieħdu sehem f’dan il-kampjonat se jkunu Qormi Hockey Club u Floriana Young Stars li se jkollhom jilagħbu l-ewwel logħba ta’ għada fl-ewwel ġurnata kontra xulxin hekk kif telgħu fl-istess grupp. Apparti ż-żewġ teams Maltin li rebħu ż-żewġ unurti prinċipali dan l-istaġun se jkun hemm fl-azzjoni wkoll teams mill-Ungerija, mil-Lussemburgu, min Norveġja, mill-Ġibilta’ u żewġ teams Finlandiżi.

F’Konferenza stampa illum fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima ingħataw id-dettalji tal-fixtures kollha. Il-logħbiet se jsiru fil-kumpless sportiv tal-Assoċjazzjoni tal-Hockey f’Kordin. It-Tournament internazzjonali jibqa’ għaddejn sal-Ħadd fejn hi skedata l-finali fit-3.15pm.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Hockey

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey ddeċidiet li ma minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna ma tkompliex il-kampjonati tagħha tal-istaġun 2019/20 u tiddikjara bħala Champions lil dawk il-Clubs li kienu l-ewwel fil-klassfika qabel ma’ waqqfu…

Hockey

Il-Hockey Association of Malta (HAM) għadha kemm iffirmat ftehim ta’ 18 -il xahar mal-Club Olandiż ta’ HC Schiedam. Dan il-proġett hu parti mill-inizjattiva tal-European Hockey Federation (EFH) u l-Federazzjoni Nazzjonali tal-Hockey…

Hockey

Diżappunt fl-isfond tal-kriżi COVID-19 għal żewġ Club Maltin tal-Hockey Qormi Daikin u Gree Hotsticks li għadhom kif ħadu l-aħbar li ġie pospost ukoll it-Tournament EuroHockey Club Trophy u l-Club Challenge 2020. Din…

Hockey

Fir-Russja: Hekk kif il-lenti internazzjonali qedgħa fuq l-iskandlu tad-doping f’dan il-pajjiż, il-President tal-pajjiż Vladimir Putin mar jilgħab il-Hockey flimkien mal-Ministru tad-difiża Russu Sergei Shoigu. Huma lagħbu flimkien ma’ diversi players…

Aktar