Hockey
Hockey: Rebħiet faċli għal Qormi Daikin u Floriana Young Stars

Il-Ħadd li għadda ngħata bidu għall-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey 2019/20 biċ-champions renjanti Qormi Daikin u Floriana Young Stars rreġistraw rebħiet faċli.

Wara t-telfa ftit li xejn mistennija kontra White Hart fil-logħba tal-play-off għat-tielet post miċ-Challenge Cup, Young Stars rrispondew b’rebħa faċli kontra Rabat. Min naħa tagħhom Rabat jidher li se jkollhom staġun diffiċli fil-kampjonat. Sa tmiem l-ewwel taqsima Floriana kellhom żewġ gowls vantaġġ, bil-gowls jiġu skorjati minn Leon Gatt u Jamie Mifsud. Kyle Micallef żied ieħor fil-bidu tat-tielet taqsima b’Daniel Ellul jiskorja l-gowl ta’ konsolazzjoni għar-Rabat. Jamie Mifsud u Anton Saliba żiedu żewġ gowls oħra għall-Floriana biex b’hekk kisbu rebħa konvinċenti bl-iskor ta’ 5-1. James Mizzi u Paul Brincat kienu l-uffiċjali tal-logħba.

Bħar-Rabat, White Hart jidher li se jkollhom staġun diffiċli. Qormi Daikin ma tantx tħabtu biex għelbu lill-istess White Hart bl-iskor kbir ta 7-0. Hat-trick ta’ Keith Bajada u gowl kull wieħed għal Juan Sarcia, Ayrton Falzon, Luke Bajada u Keith Calleja kkonfermaw l-qawwa tal-Qriema. F’din il-partita ukoll, it-tim ta’ Qormi kellu ċ-ċans li jgħati d-debutt lil Nathan Pace Gasan u Neil
Genovese. L-uffiċjali ta’ din il-partita kienu Nathan Galea u Karl Chircop.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Hockey

Il-Hockey Association of Malta (HAM) għadha kemm iffirmat ftehim ta’ 18 -il xahar mal-Club Olandiż ta’ HC Schiedam. Dan il-proġett hu parti mill-inizjattiva tal-European Hockey Federation (EFH) u l-Federazzjoni Nazzjonali tal-Hockey…

Hockey

Diżappunt fl-isfond tal-kriżi COVID-19 għal żewġ Club Maltin tal-Hockey Qormi Daikin u Gree Hotsticks li għadhom kif ħadu l-aħbar li ġie pospost ukoll it-Tournament EuroHockey Club Trophy u l-Club Challenge 2020. Din…

Hockey

Fir-Russja: Hekk kif il-lenti internazzjonali qedgħa fuq l-iskandlu tad-doping f’dan il-pajjiż, il-President tal-pajjiż Vladimir Putin mar jilgħab il-Hockey flimkien mal-Ministru tad-difiża Russu Sergei Shoigu. Huma lagħbu flimkien ma’ diversi players…

Aktar