Hockey
Hockey: Sliema Hotsticks bi sponsor ġdid għas-sentejn li ġejjin
Hockey: Għaż-żewġ staġuni li ġejjin it-timijiet taż-żgħar kif ukoll dawk tal-kbar ta’ Sliema Hotsticks se jkunu qegħdin jiġu sponsorjati minn BT Commercial taħt l-isem GREE. Il-klabb se jikkompeti taħt l-isem GREE Hotsticks.
F’attivita’ mtella’ fl-uffiċini tal-kumpanija, il-President ta’ Sliema Hotsticks Pierre George qal li l-klabb kien ferm kburi li kumpanija ewlenija f’pajjiżna ħadet id-deċiżjoni sabiex tgħin lill-klabb u l-logħba tal-hockey.
Id-Direttur ta’ BT Commercial Graziella Brownrigg qalet li tinsab ferm iktar minn kuntenta li se tkun qed tgħin lil Sliema Hotsticks iżommu l-pożizzjoni tagħhom bħala wieħed mill-aqwa klabbs tal-hockey f’pajjiżna. Preżenti wkoll għall-attivita’ kien hemm grupp ta’ plejers mill-iskwadra taż-żgħar u mill-iskwadra tal-kbar tal-klabb, kif ukoll uffiċjali oħra tal-klabb u s-Sales Manager tal-BT Commercial Elton Vassallo.
Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey ddeċidiet li ma minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna ma tkompliex il-kampjonati tagħha tal-istaġun 2019/20 u tiddikjara bħala Champions lil dawk il-Clubs li kienu l-ewwel fil-klassfika qabel ma’ waqqfu…

Il-Hockey Association of Malta (HAM) għadha kemm iffirmat ftehim ta’ 18 -il xahar mal-Club Olandiż ta’ HC Schiedam. Dan il-proġett hu parti mill-inizjattiva tal-European Hockey Federation (EFH) u l-Federazzjoni Nazzjonali tal-Hockey…

Diżappunt fl-isfond tal-kriżi COVID-19 għal żewġ Club Maltin tal-Hockey Qormi Daikin u Gree Hotsticks li għadhom kif ħadu l-aħbar li ġie pospost ukoll it-Tournament EuroHockey Club Trophy u l-Club Challenge 2020. Din…

Fir-Russja: Hekk kif il-lenti internazzjonali qedgħa fuq l-iskandlu tad-doping f’dan il-pajjiż, il-President tal-pajjiż Vladimir Putin mar jilgħab il-Hockey flimkien mal-Ministru tad-difiża Russu Sergei Shoigu. Huma lagħbu flimkien ma’ diversi players…

Aktar