Hockey
Hockey: Tibda l-Ham Challenge Cup

Il-Ħadd bdiet it-tieni kompetizzjoni organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Hockey b’żewg logħbiet mic-Challenge Cup.

Fl-ewwel logħba White Hart għelbu lir-Rabat bl-iskor ta’ 4-0. Fl-aħħar tal-istaġun li għadda kien qed jingħat li White Hart kien se jkollhom problemi ġbar biex jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet din is-sena.

Il-Ħadd deher biċ-ċar li l-kumitat tal-klabb ħaddem ħafna fis-sajf biex dan ma’jseħx. Bi skwadra magħmula min players prodotti min nursery tagħom, numru ta’veterani kif ukoll plejers mislufa min klabbs oħra White Hart huma kien kapaċi jelgħbu l-isfida tar-Rabtin.

Sa tmiem l-ewwel taqsima il-logħba kienet bilanċjat bl-iskor jibqa 0-0. Fit-tieni taqsima White Hart sfrutaw il-plejers kollha li kellhom u l-ghajja tar-Rabtin. Kien Keith Scicluna li tefahom fil-vantaġġ min-penalty u Carl Tua għamilhom 2-0 wara azzjoni korali tajba.

L-aħħar kwarta rat lir-Rabtin jippruvaw jieħdu xi ħaga mil-logħba perp kienu White Hart li komplew jiskurjaw l-ewwel permess ta’ Paul Torpiano; biex Simon Baldacchino ghalaq l-iskor fl-aħħar ażżjoni tal-logħba.

Sliema Hs u Floriana Young Stars kien l-protaġonisti tat-tieni logħba fl-logħba bilanċjata li, bħal fil-kas ta’l-ewwel logħba, rat l-ewwel taqsima tispiċċa 0-0.

It-tielet kwarta kien il-perjodu li giet deċiza l-logħba hekk kif is-Sliema skurjaw żewg gowls permess ta’Julian Zahra. L-ewwel wieħed gie wara azzjoni ta’short corner waqt li it-tieni kien rizultat ta’ġirja tajba min Christ Agius. Young Stars inħasdu pero għamlu reazzjoni qajjija fil-bidu tal-aħħar kwarta liema reazzjoni rat il-goalkeeper tas-Sliema Emile Borg joħroġ bl-unuri b’numru ta’saves tajbin. L-istess Borg qatta kull tama li seta kellhom il-Youn Stars beda laqa penalty mefud min-Edward Hughes. L-umpires kienu Keith Calleja u John Williams.

Ic-Challenge Cup tkompli l-Ħadd fl-10:00 bil-holders Qormi Daikin jiddebutaw kontra Rabat.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Hockey

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey ddeċidiet li ma minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna ma tkompliex il-kampjonati tagħha tal-istaġun 2019/20 u tiddikjara bħala Champions lil dawk il-Clubs li kienu l-ewwel fil-klassfika qabel ma’ waqqfu…

Hockey

Il-Hockey Association of Malta (HAM) għadha kemm iffirmat ftehim ta’ 18 -il xahar mal-Club Olandiż ta’ HC Schiedam. Dan il-proġett hu parti mill-inizjattiva tal-European Hockey Federation (EFH) u l-Federazzjoni Nazzjonali tal-Hockey…

Hockey

Diżappunt fl-isfond tal-kriżi COVID-19 għal żewġ Club Maltin tal-Hockey Qormi Daikin u Gree Hotsticks li għadhom kif ħadu l-aħbar li ġie pospost ukoll it-Tournament EuroHockey Club Trophy u l-Club Challenge 2020. Din…

Hockey

Fir-Russja: Hekk kif il-lenti internazzjonali qedgħa fuq l-iskandlu tad-doping f’dan il-pajjiż, il-President tal-pajjiż Vladimir Putin mar jilgħab il-Hockey flimkien mal-Ministru tad-difiża Russu Sergei Shoigu. Huma lagħbu flimkien ma’ diversi players…

Aktar