Futbol lokali
Ħsara fit-tinda tas-Centenary Stadium minħabba r-riħ. Posposti l-logħbiet tal-Premier tal-lum

L-MFA ikkonfermat permezz ta’ stqarrija li ż-żewġ logħbiet tal-kampjonat BOV Premier bejn Mosta kontra Gudja u Senglea kontra Tarxien li kienu skedati fis-Centenary Stadium għal-lum mhux se jsiru kif ippjanat minħabba li t-tinda tas-Centenary Stadium f’Ta’ Qali sofriet xi ħsarat minħabba r-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin.

Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-MFA anke bħala prekawzjoni għas-sigurta tal-players u tal-partitarji li kienu se jattendu għal dawn iż-żewġ logħbiet.

L-MFA qalet li se tkun qed tieħu deċiżjoni dwar il-logħob ta’ għada mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni li huma skedati fl-istess Stadium fis-sigħat li ġejjien

Il-fixtures il-ġodda tal-logħbiet mill-kampjonat BOV Premier tal-lum se jkunu qed jitħabbru dalwaqt.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Marsa St Michael u Valletta St Pauls baqgħu ras imb’ras fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-MAFA meta rebħu b’mod drammatiku l-konfronti rispettivi tagħhom. It-tnejn li huma għandhom 13-il punt fil-klassifika u hekk…

Futbol lokali

It-tieni partita tal-ġurnata mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni tal-lum ġiet posposta minħabba qtugħ ta’ dawl f’waħda mill-floodlights tal-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun. L-inċident seħħ fis-47 minuta hekk kif kienet għadha kif bdiet…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Birkirkara….1 Senglea…….1 Birkirkara u Senglea ħadu punt kull wieħed f’partita li spiċċat fi draw ta 1-1. Żewġ gowls li ġew skurjati fl-ewwel taqsima. B’Kara kienu ġejjin…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 BALZAN FC………..1. FLORIANA FC……..3. Wara biss 8 minuti logħob Balzan marru fil vantagg, il-kross mil-lemin ta’ Uros Ljubomiric għola tajjeb Andrija Majdevac u daqqa ta’ ras…

Aktar