Ibburdjar
Ibburdjar – 10 baħħara ta’ Birżebbuġa Sailing Club ser jikkompetu f’diversi Kampjonati Ewropej

Għaxar baħħara mill-Birżebbuġa Sailing Club ser jirrappreżentaw lil pajjiżna f’diversi Kampjonati Ewropej tal-Ibburdjar madwar l-Ewropa.

Ryder Croft, Emily Fenech, Zane Attard, Nicolai Bartolo u Thomas Zahra ser jikkompetu fil-Kampjonati Ewropej tal-Optimist li ser isiru f’Cadiz fi Spanja. Il-kompetizzjoni ser issir bejn id-19 u s-27 ta’ Ġunju.

Jean Paul Zahra, Shaun Aquilina, Kurt Borg u Crispin Gauci Peresso ser ikunu akkumpanjati mill-kowċ Batuhan Cesur waqt il-Kampjonati Ewropej 4.7 Laser li ser isiru fi Travemunde fil-Ġermanja. It-tlielaq ser isiru bejn it-23 u t-30 ta’ Lulju li ġej.

Lacey Aquilina ser tirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonati Ewropej Radial taż-Żgħażagħ. Hi ser tkun akkumpanjata mill-kowċ Mario Aquilina. It-tlielaq ser isiru bejn is-26 ta’ Ġunju u t-3 ta’ Lulju f’Kastela, il-Kroazja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA