Ibburdjar
Ibburdjar – Alex Thomson l-ewwel skipper li jaqsam l-ekwatur fit-tellieqa Vendee Globe

L-iskipper Alex Thomson kien l-ewwel wieħed li qasam l-ekwatur fl-Atlantiku matul il-ġurnata tal-Erbgħa fit-tellieqa Vendee Globe. Wara li l-ġimgħa li għaddiet l-iskippers telqu minn Les Sables d’Olonne fi Franza, Alex Thomson mar fuq quddiem ftit wara li l-jottijiet qabżu Spanja. Thomson qasam l-ekwatur wara 9 ijiem, 23 siegħa u 59 minuta u issa jinsab f’qagħda tajba ħafna biex jirbaħ it-tellieqa ta’ din is-sena. S’issa huwa fetaħ 79 mil vantaġġ fuq l-iskipper Thomas Ruyant tal-jott LinkedOut, li jinsab mat-12-il siegħa wara l-Ingliż.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA