Ibburdjar
Ibburdjar – Damien Seguin jinsab fuq quddiem fit-tellieqa Vendee Globe

L-iskipper Damien Seguin jinsab fuq quddiem fil-Vendee Globe wara t-tieni ġurnata tat-tellieqa. Seguin flimkien mat-32 skipper oħra qed jagħtu spettaklu lis-segwaċi ta’ din it-tellieqa wara li qed jiġbdu diversi videos u jieħdu numru ta’ selfies u jpoġġuhom online.

L-iskipper Ġermaniż Boris Hermann huwa wieħed mill-aktar skippers li qed iżomm lis-segwaċi tiegħu infurmati b’dak li qiegħed iseħħ, l-istess skipper li fil-passat kien dawwar lill-attivista Greta Thunberg madwar l-Atlantiku.

L-iskipper Fabrice Amedeo kellu jidħol fil-Port Olona minħabba tiswijiet fil-jott tiegħu u b’hekk qed jitlef ħin prezzjuż f’din it-tellieqa.

Fit-tellieqa ta’ din is-sena qed jieħdu sehem 33 skipper, fosthom sitt nisa, f’tellieqa li hija meqjusa bħala waħda diffiċli ħafna. Fost il-favoriti ta’ din is-sena hemm il-Franċiż Jeremie Beyou, biss il-Brittaniku Alex Thomson qed jittama li jsir l-ewwel skipper mhux Franċiż li jirbaħ din it-tellieqa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA