Ibburdjar
Ibburdjar: Elusive 2 bl-akbar ammont ta’ Premijiet fit-tellieqa Messina – Sirakuża – Malta 

L-eqdem tellieqa fil-kalendarju tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club, it-tellieqa Malta-Sirakuża, iċċelebrat id-59 edizzjoni f’Lulju. It-tellieqa, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracusa) hija popolari ħafna, u ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna ekwipaġġi Taljani, li jibqgħu jirritornaw sena wara sena.

Din is-sena, it-tellieqa rat rotta miżjuda. Sulla Rotta di Ulisse kienet korsa lejn in-Nofsinhar minn Messina għal Sirakuża li mbagħad ingħaqdet mat-tellieqa ta’Sirakuża-Malta, bit-tellieqa tintemm f’Malta. Din kienet organizzata mir-Royal Malta Yacht Club flimkien mal-Partenariato Internazionale Messina Malta, bl-appoġġ tal-Comune di Messina. Minħabba li kienet l-ewwel sena, it-tellieqa rat flotta żgħira titlaq minn Messina lejn Sirakuża f’kundizzjonijiet ħfief, imma bir-riħ qawwi barra minn Katanja. Huwa mistenni li din it-tellieqa se tiżdied fil-popolarità fis-snin li ġejjin.

Il-bidu f’Sirakuża nhar is-Sibt, 13 ta’ Lulju, rat flotta mdaqqsa ta’ 28 jott jitilqu mill-baħar ‘il barra minn Ortgia f’kundizzjonijiet kważi perfetti, għalkemm ir-riħ żdied b’mod sinifikanti fil-fliegu bejn Sqallija u Malta. Il-jottijiet kellhom jbaħħru f’riħ li kien ġej mil-punent iżda l-parti l-kbira tal-flotta temmew it-tellieqa fis-sigħat bikrin tal-Ħadd. 

Filwaqt li il-parti minn Messina għal Sirakuża intrebħet minn Ottovolante, kien il-jott Malti, tal-aħwa Podesta, Elusive 2, li f’ħin korrett, kaxkru ammot kbir ta’ premijiet, kemm fit-tellieqa Sirakuża-Malta, kif ukoll it-tellieqa  Messina – Sirkaża – Malta. 

Fit-taqsima Sirakuża- Malta, Elusive 2 kellha battalja sa l-aħħar, meta l-kompetizzjoni mogħtija mill-jott ta’ ħamsin pied Skin, u ieħor ta’ ħamsa u erbgħin pied Tetta kienet kbira. Elusive 2 u Tetta kemm il-darba kellhom battalji fil-baħar partikolarment fir-Rolex Middle Sea Race. 

Maya Podesta, il-kaptan tal-jott, First 45,  Elusive 2, kompliet tispjega li għalkemm kellhom żewġ membri tal-ekwipaġġ nieqsa, xorta ddeċidew li jikkompetu. L-ekwipaġġ ta ‘Elusive 2 kien magħmul minn Maya Podesta, Christoph Podesta, David Anastasi u Thomas Zammit Tabona.

Il-premijiet ingħataw lir-rebbieħa waqt serata, miżmuma fir-Royal Malta Yacht Club u ospitata minn Yachting Malta. Is-serata kienet ippreseduta mis-Sur Godwin Zammit, Commodore, Royal Malta Yacht Club u s-Sur Peter Dimech, Rear Commodore Sailing. Il-premjijiet ingħataw mill-Onor. Dr. Konrad Mizzi, Ministru tat-Turiżmu, l-Onor. Dr Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Organizzazzjonijiet Volontarji, is-Sur John Huber, Ċerman, Yachting Malta, is-Sur Max Zammit, Sindku ta’ Ta’ Xbiex, is-Sur Giuseppe Impallomeni Viċi President tal-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracusa) u l-Prof. Letterio Campolo, il-President AMCM Messina.  

Il-premijiet mogħtija kienu jinkludu it-tellieqa Sirakuża – Malta kif ukoll għat-tlielaq li ffurmaw parti mit-tellieqa Messina – Sirakuża – Malta.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Ekwipaġġi mir-Royal Malta Yacht Club Sailing School ingħaqdu ma ‘l fuq minn 200 tim, li jirrappreżentaw 23 pajjiż, fil-Kampjonati Dinjija tal-Klassi RS Feva li saru f’Follonica, l-Italja. Il-kontinġent tal-Klabb, immexxi…

Ibburdjar

Ibburdjar: Il-baħħar żagħżugh Richard Schultheis kiseb suċċess personali u għal Malta fil-Kampjonat tad-Dinja Optimist meta spiċċa fit-tieni post fil-klassifika overall. Dawn il-kampjonati tad-Dinja li saru fil-gżira ta’ Antigwa intrebħu mit-taljan…

Ibburdjar

Ir-Rolex Middle Sea Race kompliet turi il-popolarita tagħha meta 58 jott minn 17-il pajjiż s’issa rreġistraw għall-edizzjoni tal-2019. Huwa mifhum ukoll, li għalkemm għadhom ma rreġistrawx, numru ta’ jottijiet ser…

Aktar