Ibburdjar
Ibburdjar: Elusive 2 tħalli isimha fuq it-trofew tas-Citadel Marzamemi Regatta

Flotta mdaqqsa telqet lejn Marzamemi mir-Royal Malta Yacht Club fis-Citadel Marzamemi Regatta li saret reċentement. It-tellieqa hi waħda mill-favoriti fil-kalendarju tat-tlielaq tal-klabb minħabba li hi l-ewwel tellieqa offshore tal-istaġun kif ukoll għall-fatt li Marzamemi hija popolari ħafna mal-ekwipaġġi tal-klabb.

It-tellieqa sa Marzamemi l-Ġimgħa filgħodu, rat l-ekwipaġġi jibdew b’mod kwiet meta riħ mill-grigal kien biżżejjied biex jibdew it-tellieqa. Il-flotta kella wkoll taffaċċja mbatt kemm xejn konsiderevoli u hekk kif bdiet toqrob lejn Sqallija, ir-riħ waqaf kompletament u dan irriżulta fl-irtirar tal-flotta kollha.  Għalkemm dan l-eżitu kien diżappuntanti, l-ekwipaġġi xorta qattgħu ħin pjaċevoli f’Marzamemi fejn irrilassaw u gawdew l-avvenimenti soċjali li l-Klabb organizza għalihom.  L-ekwipaġġi ħadu l-opportunità sabiex jiżguraw li d-dgħajjes tagħhom kienu ppreparati għat-tellieqa lura lejn Malta l-Ħadd filgħodu.

It-temp, il-Ħadd filgħodu reġa’ ma kienx favorevoli u bi ftit riħ ħdejn Portopalo rat il-flotta iddur fiż-żona sakemm ir-riħ mil-Punent Majjistral laqat iż-żona. Minn hemm ‘il quddiem ir-riħ kien konsistenti u għen lill-flotta b’rotta mgħaġġla lura lejn Malta, bi ftit spażju bejn id-dgħajjes. Il-First 45 Elusive 2,  misjuq mill-aħwa Podesta kienu l-ewwel li waslu Malta, kif ukoll rreġistraw l-ewwel post fuq ħin korrett.  Dan ir-riżultat rathom jiktbu isimhom fuq it-trofew tat-Tellieqa Citadel Marzamemi.

It-tieni li daħal kien Sean Borg bl-XP44 Xpresso segwit mis-Solaris One 42, Unica ta’ Jamie Sammut.  Madankollu, il-klassifikazzjonijiet tad-dgħajjes daħlu fis-seħħ hawn u rriżultaw b’Unica tieħu t-tieni post segwit minn Inspiration ta’ Godwin Zammit fit-tielet post fil-klassifika ġenerali.

L-Għoti tal-Premju saru fil-Royal Malta Yacht Club fil-preżenza tas-Sinjura Nathalie Borg Farrugia, rappreżentanta tas-Citadel Insurance plc, sponsors tat-tellieqa,  li ppreżentat premjijiet u trofej lir-rebbieħa.

“Is-Citadel Marzamemi Regatta dejjem tibqa il-favorita tal-Klabb. Din it-tellieqa ġġib flimkien l-ekwipaġġi għall-ewwel tellieqa offshore tagħhom kif ukoll l-opportunità li jingħaqdu u jissoċjalizzaw f’Marzamemi, li għal bosta snin laqat l-ekwipaġġi Maltin fil-piazza żgħira tagħha. Minkejja li l-kundizzjonijiet tat-temp ma kienux favorevoli, it-tellieqa lura lejn Malta pprovdiet azzjoni tajba bejn il-jottijiet ”spjega Godwin Zammit. “Nieħu l-opportunita li nirringrazja lil Citadel Insurance plc tal-appoġġ kontinwu li jgħatu lejn il-Klabb u lejn din it-tellieqa”

Il-Club huwa grati tal-assistenza volontarja tar- Rear Commodore Sailing u Direttur tat-Tellieqa Peter Dimech, kif ukoll il-voluntiera Wolfgang Scheifinger, Alfred Caruana, Richard Dennis, Luca Lacitignola u Viktoria Lactignola għal-għajnuna tagħhom.

Riżultati – Citadel Marzamemi Regatta

Rizultati Globali

L-ewwel post – Elusive 2 (Aaron, Christoph & Maya Podesta)

It-tieni post –Unica (Jamie Sammut)

It-tielet post – Godwin Zammit (Inspiration)

IRC Racer 1

L-ewwel post – Elusive 2 (Aaron, Christoph & Maya Podesta)

It-tieni post –Unica (Jamie Sammut)

It-tielet post – Xpresso (Sean Borg)

IRC Racer 2

L-ewwel post – Nauti Buoy (Robert Ciantar)

IRC Cruiser Class

L-ewwel post – Inspiration (Godwin Zammit)

RMYC Club Cruiser Class

L-ewwel post – Ace (Peter Ellul Vincenti)

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Vanja Ramm-Ericson u Maia Delin reċentament irrappreżentaw lir-Royal Malta Yacht Club fil-Kampjonati Ewropej tal-RS Feva li fihom kisbu t-titli tal-Bniet u l-Junior wara li kisbu riżultati posittivi fit-tlielaq mifruxa fuq…

Ibburdjar

It-tellieqa PVIES Double Handed madwar Malta, ospitata mir-Royal Malta Yacht Club u li seħħet reċentement, kienet mimlija kundizzjonijiet diffiċli ħafna. Hekk kif bdiet it-tellieqa, partikolarment meta l-flotta daret mal-Aħrax, kienet…

Ibburdjar

L-edizzjoni inawgurali tal-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing se ssir f’Ottubru 2020 fil-Belt Valletta, Malta flimkien mar-Rolex Middle Sea Race. Imħabbra fl-2017, il-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing ser jkunu pjattaforma b’saħħitha biex tkompli…

Ibburdjar

Huma erba’ Olandiżi r-rebbieħa tat-Talisker Whisky Atlantic Challenge, meta kienu huma l-ewwel li rnexxilhom jagħmlu d-distanza ta’ 3,000 mil mill-Gżejjer Kanarji s’Antigua u Barbuda. It-tim bl-isem ta’ The Dutch Atlantic…

Aktar