Ibburdjar
Ibburdjar: Flotta internazzjonali ta’ aktar minn 40 dgħajsa għall-Yachting Malta Coastal Race ta’ għada

Flotta internazzjonali ta’ aktar minn 40 dgħajsa hija mistennija għall-Yachting Malta Coastal Race qabel ir-Rolex Middle Sea Race.

Il-Yachting Malta Coastal Race tibda għada l-Erbgħa mill-Port ta’ Marsamxett fl-10.00am.

F’din it-tellieqa se jkunu qed itellqu timijiet li ġejjin mill-ikbar pajjiżi ta’ madwar id-dinja.

Timijiet Maltin li ser jkunu qegħdin itellqu m’oħrajn ta’ klassi dinjija jinkludu, il-Calypso ta’ Sebastian Ripard, Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin, Xpresso ta’ Sean Borg u Elusive II ta’ Christoph, Aaron & Maya Podesta.

Iċ-Chairman ta’ Yachting Malta, John Huber, ikkonferma li Yachting Malta se tkun qed tappoġġja t-tellieqa għat-tliet edizzjonijiet li ġejjin.

Is-Sibt se ssir ir-Rolex Middle Sea Race li se jkollha tul ta’ 606 mil nawtiku u se tibda mill-Port il-Kbir il-Belt Valletta.

It-tluq ikun għal ħabta tal-11.00am u x-xandira diretta fuq TVMNews+ tibda fl-10.30am.

Miktub minn...
TVM Sport