Ibburdjar MiddleSea
Ibburdjar: Ftit jiem oħra ssir it-18 -il edizzjoni tal-Mapfre Middlesea Euromed Regatta

Ftit ġimgħat ilu l-Malta Royal Yacht Club ospita t-38 edizzjoni tal-Rolex Middle Sea Race, fejn flotta ta’ 102 jott minn 30 pajjiż tat lil Malta espożizzjoni prestiġjuża fiċ-ċrieki internazzjonali tal-jotting.

Fi ftit jiem oħra, preċiżament mis-17 sal-20 ta’ Diċembru, Malta se terġa’ tkun fl-aħbarijiet ta’ ibburdjar meta Malta Young Sailors Club ser jorganizzaw t-18-il Edizzjoni tal-Mapfre Middlesea Euromed Regatta, avveniment ta’ ibburdjar annwali
stabbilit għal dgħajjes Optimist u Laser.

L-Optimist, waħda mid-dinghies l-aktar popolari fid-dinja, hija kategrija ta’ dinghies żgħira maħsuba għall-użu minn tfal sa l-età ta’ 15-il sena. L-Optimist hija rikonoxxuta bħala Klassi Internazzjonali mill-International Sailing Federation. Id-dgħajsa hija
kklassifikata bħala “pram” minħabba l-qiegħ baxx tagħha.

Se jkun hemm tliet klassijiet Optimist, jiġifieri d-diviżjoni għas-subien u l-bniet bejn 12 u 15-il sena, id-Diviżjoni Cadet għas-subien u l-bniet bejn 8 u 11-il sena, u Diviżjoni tal-bidu għal subien u bniet li twieldu bejn l-2001 u l-2008, li bdew
jibburdjaw biss fl-aħħar 12-il xahar.

Se jkun hemm ukoll flotot Laser 4.7 u Radical li se jikkompetu f’kategorija waħda, iżda fuq korsa separata mill-Optimist.
Għat-18-il edizzjoni ta’ din is-sena hemm 142 kompetitur minn 20 pajjiż diġà rreġistrati! Baħrin żgħir ġejjin mill-Awstralja, il-Kroazja, Ċipru, l-Estonja, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, Latvja, Malta, Olanda, Norveġja, Russja,
Slovenja, Isvizzera, Turkija, Ukraina u r-Renju Unit!

Ir-Regatta se ssir fil-Bajja ta’ baħar blu ċar kristall popolari għall-ibburdjar dik tal-Mellieha, fejn id-db Seabank Resort + Spa għal darb’oħra hija rikonoxxuta bħala l-lukanda uffiċjali tar-Regatta. “Euromed” hija organizzata waqt il-vaganzi tal-Iskejjel
tal-Milied fejn żgħażagħ kompetituri barranin jivvjaġġaw lejn Malta akkumpanjati minn membri oħra tal-familji tagħhom li minbarra li jikkompetu fir-Regatta igawdu lvaluri turistiċi ta ‘ pajjiżna L-aħħar sbatax-il edizzjoni taw lil Malta s-sodisfazzjon ta’ sitt rebħiet, segwiti millItalja u r-Russja bi tliet rebħiet kull wieħed, wara l-Iżvezja li tgawdi żewġ rebħiet, u
wkoll fil-lista ta’ sbatax ir-rebbieħa prestiġjużi wieħed isib il-Gran Brittanja, l-Iżlanda u t-Turkija b’rebħa waħda kull wieħed.

L-Mapfre Middlesea Euromed Regatta, sponsorjat minn Mapfre Middlesea p.l.c. u organizzat taħt il-patroċinju tal-Malta Sailing Federation, tgawdi aktar minn sempliċi rappreżentazzjoni internazzjonali ta’ kompetituri.
Bojan Gale (SLO), Mirko Urkas (CRO), Manuel Ken Gamito (POR) taħt il-Presidenza ta’ Giorgio D’Avanzo (ITA) jiffurmaw il-Bord tal-Ġurija. Barra minn hekk, Jon Eskdale (GBR) se jkun l-Uffiċjal tar-Riżultati filwaqt li Annika Ekman (SWE) se tkun ir-Race Officer għall-korsa tal-Laser. Jgħin ukoll fuq il-korsijiet ta’ Optimist u Laser ser ikun hemm ukoll Peter u Anne Taylor mill-Gran Brittanja. Peter Dimech (MLT) huwa lPrincipal Race Officer fuq il-kors ta’ Optimist u huwa ser ikun assistit minn David Bartol (SLO) li huwa International Race Officer.

Attrazzjoni popolari li qed dejjem tikber offruta mill-Malta Young Sailors hija lklinika ta qabel il-Euromed li tagħti kompetituri, kemm lokali kif ukoll barranin, opportunità unika biex jippreparaw għar-Regatta fuq l-istess ilmijiet kif ukoll issegwu
l-aħħar teknika ta’ ibburdjar minn kowċis internazzjonali kwalifikati. Din is-sena lklinika se ssir bejn il-11 u l-15 ta’ Diċembru u se titmexxa mill-coach internazzjonali Serb Maurizio Bencic.

“Il-membri żgħażagħ tagħna dejjem iħarsu b’passjoni kbira lejn Euromed. Din is-sena Malta se tkun rappreżentata minn 21 baħrin magħmula minn żewġ timijiet – 14-il baħri fit-tim A u 8 fit-tim B b’età medja ta’ 11-il sena. L-iżgħar baħri fit-tim B, li
jospita l-dilettanti l-ġodda fl-ibburdjar, huwa ta’ 9 snin “, irrimarka Jean Paul Fleri Soler, l-Uffiċjal għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, tal-Malta Young Sailors Club.

Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar MiddleSea

Ibburdjar: It-Team SAP Extreme Sailing rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Extreme Sailing Series wara li temmew fit-tielet post fl-aħħar tappa li saret f’Los Cabos fil-Messku li saret fi tmiem il-ġimgħa….

Ibburdjar MiddleSea

Il-Jott JPK 1080 Russu Bogatyr ta’ Igor Rytov ġie ddikjarat bħala r-rebbieħ tat-38 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Filwaqt li numru ta ‘jottijiet għadhom qedin itellqu, l-ebda wieħed minnhom m’għandu…

Ibburdjar MiddleSea, Sport Lokali

RAPPORT – Rodney Vassallo Rolex Middle Sea Race 2017 Dħalna fir-raba jum ta’ din it-tiġrija, seba’ jottijiet daħlu lura, sebgħa u erbgħin għadhom qed ibaħħru waqt li l-kundizzjonijiet diffiċli wasslu…

Aktar