Ibburdjar
Ibburdjar: Għada s-Sibt tibda l-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race, xandira diretta fuq TVM2 mill-10.30am

Għada s-Sibt tibda l-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race f’pajjiżna.

Fl-iskippers briefing tal-lejla, ir-Royal Malta Yacht Club ikkonferma li kollox qiegħed f’postu biex għada filgħodu, il-50 dgħajsa rreġistrati jitilqu fuq il-korsa ta’ 606 mil nawtiku.

Il-flotta se tinqasam f’seba’ gruppi tal-bidu bl-iżgħar jottijiet skedati li jibdew fil-11.10.

L-aħħar żewġ tluq huma riservati għall-akbar jottijiet segwiti mill-kategorija tal-multihulls.

Xi 39 mill-50 flotta tad-dgħajjes qed jikkompetu taħt l-IRC għall-premju ġenerali.

Fosthom hemm ir-rebbieħ tas-sena l-oħra, id-dgħajsa lokali Elusive 2.

Il-tluq tal-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race jixxandar dirett fuq TVM2 bix-xandira li tibda mill-10:30 ‘il quddiem.

Miktub minn...
TVM Sport