Ibburdjar MiddleSea
Ibburdjar: Għaxar nazzjonijiet irrappreżentati fil-Laser Regatta Internazzjonali tar-Royal Malta Yacht Club

Ir-Royal Malta Yacht Club Sailing School ospitat disa u għoxrin baħħara, li jirrapreżentaw għaxar nazzjon, għall-Regatta Internazzjonali għad-dgħajjes Laser.

Ir-Regatta kienet il-qofol ta’ kamp internazzjonali ta’ taħriġ ta’tmint ijiem ospitat mir-Royal Malta Yacht Club Sailing School.  Il-parteċipanti ġew mit-Tajpej Ċiniża, il-Finlandja, il-Gran Brittanja, il-Ġermanja, l’Indja, l’Irlanda,l’Italja, Malta, il-Polonja u lis-Svezja. Fost il-baħrin li ħadu sehem kien hemm talent li huwa meqjus tant promettenti li potenzjalment ser jikkwalifikaw għall-Logħob Olimpiku li jmiss f’Tokjo.

Matul il-Regatta, l-ekwipaġġi ħadu sehem fi tlett tlielaq is-Sibt wara nofsinhar u żewġ tlielaq il-Ħadd filgħodu. It-tlielaq saru il-barra mill-Port ta’Marsamxett u t-Tigne Point.  Minħabba nuqqas tar-riħ nhar is-Sibt filgħodu kien hemm ftit dewmien sakemm bdew l-ewwel tlielaq izda il-kundizzjonijiet ittejbu kmieni wara nofhsinhar. Il-kundizzjonijiet il-Ħadd kienu simili, iżda ix-xemx ħarġet biex tagħti ftit mistrieħ mit-temp griż tas-Sibt.

Filwaqt li l-attenzjoni ewlienija tar-Regatta kienet il-Klassi Laser, il-Club stieden ukoll l-ekwipaġġ tal-RS Fevas, li jitħarrġu fi hdan il-Klabb, biex jieħdu sehem u jagħtuhom opportunità tajba biex jiprruvaw il-ħiliet tagħhom.

Il-Preżentazzjoni tal-premjijiet saret fir-Royal Malta Yacht Club immedjatament wara l-aħħar tellieqa. Ir-rebbieħa ġew ippreżentati b’ċertifikati u trofej mill-Teżorier tar-Royal Malta Yacht Club u Ufficjal tat-Tellieqa Peter Dimech u il-kowċ tal-RMYC Sailing School Alex Denisuc.

“Malta hija kkunsidrata bħala lokalità perfetta għall-ekwipaġġi internazzjonali biex jħarrġu fix-xitwa – fil-fatt l-iskola tagħna rat żieda fl-interess u parteċipazzjoni fil-kampijiet tat-taħriġ lokali. Din ir-Regatta offriet ukoll opportunità sabiex ekwipaġġi lokali jkunu jistgħu jikkompetu ma’baħħara ta’ livell għoli f’ibħra lokali “, ikkummenta l-Ufficjal tat-Tellieqa Peter Dimech.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar MiddleSea

Id-39 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race li ser tibda fl-20 ta ‘Ottubru 2018, ser tkun qeda tiċċelebra il-ħamsin anniversarju mit-twaqqif ta’din it-tellieqa prestiġjuza. Ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) qed tantiċipa…

Ibburdjar MiddleSea

Mapfre, il-leaders preżenti tal-Volvo Ocean Race kellhom jissospendu t-tellieqa tagħhom fis-seba’ stadju minn Auckland sa Itaji fil-Brażil wara ħsarat li kellhom fil-yacght. Parti mill-mast track tal-yaught inqagħlat minn postha ħamest…

Ibburdjar MiddleSea

Ibburdjar: Il-jott AkzoNobel tinsab fuq quddiem fis-sitt leg tal-Volvo Ocean Race fit-tappa minn Hong Kong għal Auckland, fi New Zealand. Is-sitt leg twil madwar 6,000 mil nawtiku. L-uffiċjali tat-tellieqa qed…

Ibburdjar MiddleSea

Il-yaght Mapfre rebaħ it-tappa Around Hong Kong Island tal-Volvo Ocean Race li saret ilbieraħ. Mapfre kellhom bidu mill-aqwa bil-yaght Dongfeng li daħal fit-tieni post u AkzoNobel fit-tielet post. Dan ir-riżultat…

Aktar