Ibburdjar
Ibburdjar: Ikkonfermata r-rebħa tal-jott Wild Oats XI fit-tellieqa Syndey – Hobart

It-tim tal-jott Wild Oats XI infexxew f’ċelebrazzjonijiet kbar wara li Ġurija Internazzjonali fir-Royal Yacht Club ta’ Tasmania ddeċidew li l-protest imressaq mill-Kumitat tat-Tellieqa ma kienx validu. Il-protest tressaq ilbieraħ wara li l-ekwipaġġ tal-jott Black Jack beda jipprotesta li l-Automated Identification System (AIS) tal-Wild Oats XI kien mitfi matul it-tellieqa. Il-ġurija ffurmata minn ħames persuni ddeċidiet li l-protest ma kienx validu fuq żewġ fatturi:

  1. L-investigazzjoni tal-Kumitat tat-Tellieqa bdiet minn x’ħin is-sid tal-jott Black Jack ipprotesta dwar l-AIS. Għalkemm is-sid tal-jott ma kienx parti mill-ekwipaġġ huwa xorta kellu kunflitt t’interess kif huwa stipulat fir-Racing Rules of Sailing (RRS).
  2. Għalkemm l-investigazzjoni tal-Kumitat tat-Tellieqa kienet waħda prudenti, fiċ-ċirkostanzi, biex il-protest seta’ jkun validu taħt ir-regoli tat-tlielaq tal-ibburdjar, kellu jkun kompetitur b’informazzjoni speċifika dwar ksur ta’ regolamenti li ried iressaq il-protest.

Għaldaqstant, fiċ-ċirkostanzi preżenti, il-protest ma kienx validu u l-Wild Oats XI kien ikkonfermat bħala r-rebbieħ tas-74 edizzjoni tat-tellieqa Sydney to Hobart.

Is-sid tal-jott Black Jack, Peter Harburg, kien qiegħed jittama li l-protest imressaq ikollu l-istess eżitu kif seħħ is-sena li għaddiet, meta għalkemm il-jott Wild Oats XI rebaħ it-tellieqa f’ħin rekord, huma ngħataw penali ta’ siegħa wara li l-jott Comanche kien ressaq protest li wara kwarta mill-bidu tat-tellieqa, il-Wild Oats XI kien ser jaħbat miegħu u dan ipperikola l-ħajja tal-ekwipaġġ kif ukoll tellfu ħin importantissimu. Minħabba l-penali kien il-jott Comanche li ħareġ rebbieħ.

Fit-tellieqa ta’ din is-sena, l-iskipper tal-Comanche Jim Cooney, li spiċċaw fit-tielet post, qal li ma kienx ser jipprotesta minħabba li l-jotts kollha għandhom is-sistema tat-tracking tagħhom u matul it-tellieqa seta’ jara l-jott Wild Oats XI il-ħin kollu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

L-edizzjoni inawgurali tal-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing se ssir f’Ottubru 2020 fil-Belt Valletta, Malta flimkien mar-Rolex Middle Sea Race. Imħabbra fl-2017, il-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing ser jkunu pjattaforma b’saħħitha biex tkompli…

Ibburdjar

Huma erba’ Olandiżi r-rebbieħa tat-Talisker Whisky Atlantic Challenge, meta kienu huma l-ewwel li rnexxilhom jagħmlu d-distanza ta’ 3,000 mil mill-Gżejjer Kanarji s’Antigua u Barbuda. It-tim bl-isem ta’ The Dutch Atlantic…

Ibburdjar

Id-duo magħmul minn David Latham u Philippe Falle fuq il-jott Pronavia 38, Seawolf rebħu it-tellieqa Raymarine Double Handed Figure of Eight, tellieqa annwali  organizzata mir-Royal Malta Yacht Club. Flotta ta’…

Aktar