Ibburdjar
Ibburdjar: Il-jott Lartista tirbaħ it-tellieqa PVIES Double Handed madwar Malta

It-tellieqa PVIES Double Handed madwar Malta, ospitata mir-Royal Malta Yacht Club u li seħħet reċentement, kienet mimlija kundizzjonijiet diffiċli ħafna. Hekk kif bdiet it-tellieqa, partikolarment meta l-flotta daret mal-Aħrax, kienet azzjoni stretta u eċċitanti minħabba li l-biċċa l-kbira tad-dgħajjes kienu qed jibdlu l-pożizzjonijiet tagħhom, b’xi ftit minnhom inqas minn metru l-bogħod minn xulxin. Dan kollu lejn it-tentattiv kollu biex jirbħu t-trofew prinċipali.

Il-Korsa rat lil-ekwipaġġi jitilqu mill-Port tal- Marsamxett, jieħdu rotta lejn in-nofsinhar ta’ Malta u jispiċċaw lura f’Marsamxett. L-ewwel dgħajsa li spiċċat it-tellieqa kienet Elusive II.

Klassi IRC 1

Aaron Gatt Floridia & Brian Flahive, li jbaħħru fuq Otra Vez, ħarġu rebbieħa tal-Klassi. Kienet tellieqa eċċitanti għall-Otra Vez. Minkejja li ġew mgħeluba, bi ftit sekondi biss,  minn Elusive II, bħala l-ewwel jott li spiċċa it-tellieq, huma irnexxielhom jieħdu l-aqwa unuri, fil-Klassi tagħhom, fuq ħin ikkoreġut. Aaron Gatt Floridia esprima s-sodisfazzjon tiegħu mhux biss fir-riżultat iżda wkoll il-kwalità tat-tbaħħir li rnexxielhom jipproduċu hu u Flahive dakinhar.

Klassi IRC 2

Id-duo Anton Calleja u Renato Camilleri, li ilhom jbaħħru flimkien fuq il-jott Lartista għal dawn l-aħħar ħames snin ma kellhomx bidu mill-aħjar. Għalihom it-tellieqa reġgħat bdiet ħdejn il-Magħtab. Is-sinerġija li hemm bejn Calleja u Camilleri wasslithom biex jirbħu l-Klassi tagħhom u t-tellieqa ġenerali. It-tieni fil-Klassi kien l-ekwipaġġ tal-Fondazzjoni Jarhead Young Sailors.  Fabio Galea u Karl Miggiani, li bl-istess mod bħall-ekwipaġġ tal-Lartista ilhom itellqu flimkien għan-numru tajjeb ta’ snin.

L-Għoti tal-Premijiet ġew organizzati fil-Royal Malta Yacht Club fil-preżenza tas-Sinjura Janice Spiteri, rappreżentanti tal-Island Enginering Services, distributuri tal- PVIES, Stallazzjonijiet fotovoltajċi solari u servizzi relatati.

Is-Sinjura Spiteri wriet is-soddisfazzjon u il-pjaċir tal-kumpanija PVIES tas-suċċess ta’din it-tellieqa l’ilhom jappoġġjaw għal dawn l-aħħar erba snin. Is-Sinjura Spiteri stqarret li kienu kuntenti ħafna bir-riżultat tat-tellieqa ta’ din is-sena. Il-premjijiet lir-rebbieħa ġew preżentati mis-Sinjura Spiteri u ir- Rear Commodore (Sailing) u Uffiċjal tar-Tellieqa is-Sur Peter Dimech li rringrazzjaw lill-ekwipaġġi u lill-voluntiera għall-parteċipazzjoni u d-dedikazzjoni tagħhom.

It-tellieqa li jmiss fuq il-kalendarju tar-Royal Malta Yacht Club hija s-Citadel Marzamemi Weekend Regatta li se seħħ bejn is-26 u t-28 ta’ April.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

L-eqdem tellieqa fil-kalendarju tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club, it-tellieqa Malta-Sirakuża, iċċelebrat id-59 edizzjoni f’Lulju. It-tellieqa, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracusa) hija popolari ħafna,…

Ibburdjar

Ibburdjar: Il-baħħar żagħżugh Richard Schultheis kiseb suċċess personali u għal Malta fil-Kampjonat tad-Dinja Optimist meta spiċċa fit-tieni post fil-klassifika overall. Dawn il-kampjonati tad-Dinja li saru fil-gżira ta’ Antigwa intrebħu mit-taljan…

Ibburdjar

Ir-Rolex Middle Sea Race kompliet turi il-popolarita tagħha meta 58 jott minn 17-il pajjiż s’issa rreġistraw għall-edizzjoni tal-2019. Huwa mifhum ukoll, li għalkemm għadhom ma rreġistrawx, numru ta’ jottijiet ser…

Aktar