Ibburdjar General
Ibburdjar: Il-jott Luna Rossa jikkwalifika biex ix-xahar id-dieħel jikkompeti fl-America’s Cup kontra Team New Zealand

Il-jott Luna Rossa kkwalifikat biex ix-xahar id-dieħel tikkompeti fl-America’s Cup kontra Team New Zealand wara li rebħu ż-żewġt itlielaq fir-raba’ ġurnata tal-Prada Cup.

Luna Rossa kienet superjuri għal kollox fuq INEOS Team UK fiċ-Challenger Series li qed issir f’Auckland.

Wara li rebħu fl-ewwel tellieqa fil-best of 13 series, it-tim INEOS immexxi minn Ben Ainslie kellu bidu kunfidenti u marru anki f’vantaġġ żgħir qabel mal-jott Taljan beda ġej fl-aqwa tiegħu u spiċċa ssupera sew lill-avversarju tiegħu.

Hekk kif Luna Rossa marret fuq quddiem, qatt ma dehret fil-periklu li tista’ titlef dan l-ewwel post biex ħadu vantaġġ ta’ 6-1 fuq TEAM Ineos.

Luna Rossa spiċċat b’vantaġġ ta’ minuta u 45 sekonda.

B’din ir-rebħa, Luna Rossa rebaħ 11 mill-aħħar 12-il tellieqa. Huma se jkunu qed jisfidaw lil Team New Zealand fis-6 ta’ Marzu li ġej.

It-tlielaq kollha tal-Prada Cup ixxandru fuq TVM2.

 

Miktub minn...
TVM Sport