Ibburdjar MiddleSea
Ibburdjar: Il-jott Mapfre jissospendi t-tellieqa tiegħu minħabba problemi

Mapfre, il-leaders preżenti tal-Volvo Ocean Race kellhom jissospendu t-tellieqa tagħhom fis-seba’ stadju minn Auckland sa Itaji fil-Brażil wara ħsarat li kellhom fil-yacght.

Parti mill-mast track tal-yaught inqagħlat minn postha ħamest ijiem ilu. Madankollu Mapfre komplew għaddejjin bl-esperjenza tal-membri tal-crew fuq id-dgħajsa sakemm fis-sigħat li għaddew, l-iskipper Xabi Fernandez iddeċieda li jissospendi t-tellieqa biex isewwi l-ħsara.

Il-jott kienet madwar sitt mili l-bogħod minn Cape Horn u madwar 2,000 mil mill-finish line.

Il-Volvo Ocean Race bdiet minn Alicante fi Spanja fit-22 ta’ Ottubru u għandha tul ta’ 45,000 mil nawtiku u 12-il port differenti.

Il-Volvo Ocean Race tintemm fl-Olanda fil-Port ta’ The Hague, fl-aħħar ta’ Ġunju.

Miktub minn...
TVM Sport