Ibburdjar
Ibburdjar: Il-jott Ottovolante jirbaħ il-61 edizzjoni ta’ Malta – Sirakuża

Ir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana ospitaw il-61 edizzjoni tat-tellieqa Malta – Sirakuża, matul tmiem il-ġimgħa.

Il-flotta ta’ 16-il-jott telqu minn Sirakuża fuq korsa ta’ 110 mili nawtiċi lejn Malta.

Din is-sena l-korsa ġiet immodifikata fejn żdiedet id-distanza u l-limitu tal-ħin.

Il-bidu tat-tellieqa, barra Porto Piccolo ta’ Sirakusa, kien mimli azzjoni.

Bil-flotta tistenna bidu iktar kwiet, sabu riħ ta’ madwar 30 mil-nawtiku li kkawża mewġa ta’ attività.

Mid-dgħajjes Maltin, Comanche Raider III ta’ Ramon Sant Hill kellu bidu tajjeb ħafna u eventwalment ħa l-vantaġġ b’distakk żgħir fuq Engi ta’ Salvatore Maggiulli.

Iżda finalment kien il-jott Ottovolante li rebaħ, u temm it-tellieqa b’distakk ta’ 51 sekonda fuq il-jott Ton Ton.

Miktub minn...
TVM Sport