Ibburdjar
Ibburdjar: Il-jott Ton Ton Laferla jirbaħ l-unuri fit-tellieqa tar-Raymarine Double Handed Figure of Eight

Il-jott Ton Ton Laferla, misjuq mit-tim mgħamul minn missier u iben – Jonathan u Gerald Gambin ħadu l-unuri fit-tellieqa tar-Raymarine Double Handed Figure of Eight ospitata mir-Royal Malta Yacht Club li saret nhar is-Sibt li għadda.

Il-flotta ta’ tlettax-il dgħajsa bdiet it-tellieqa fit-8:05 ta’ filgħodu, taħt il-gwida tar-Rear Commodore Peter Dimech u Luca Lacitignola li kienu inkarigati li jissorveljaw il-bidu.

Il-korsa magħżula kienet l-itwal provduta fl-istruzzjonijiet tat-tbaħħir mentri korsa iqsar ta’ 56 mil nawtiku ngħatat lill-Klassi Club Cruiser.

Il-flotta tal-Club Cruiser spiċċat b’żewġ dgħajjes itellqu sal-aħħar bil-jottijiet Manana ta’ Peter Ellul Vincenti u l-KonTiki ta’ Fernando Grech jiġġieldu għal-unuri. Il-jott Manana spiċċa fl-ewwel post u rebbieħ tal-Klassi.

Miktub minn...
TVM Sport