Ibburdjar
Ibburdjar: Il-membri tar-Royal Malta Yacht Club Sailing School jiksbu t-tielet post fil-Kampjonati Dinjija Junior tal-RS Feva

Ekwipaġġi mir-Royal Malta Yacht Club Sailing School ingħaqdu ma ‘l fuq minn 200 tim, li jirrappreżentaw 23 pajjiż, fil-Kampjonati Dinjija tal-Klassi RS Feva li saru f’Follonica, l-Italja.

Il-kontinġent tal-Klabb, immexxi mill-Kowċ Ruya Cakmakli, kien irrappreżentat minn Vanja Ramm-Ericsson / Maia Delin, Molly Butler / Maxi Butler u Rosie Durrant / Fien Vlasbom.

Il-kontinġent ħa sehem f’serje ta ’avvenimenti ta’ kwalifikazzjoni li seħħew fuq medda ta’ jumejn. Ir-riżultati miġjuba raw lil parteċipanti mqassmin fil-flotot tad-Deheb, tal-Fidda u tal-Bronż sabiex jikkompetu fis-serje finali. Ramm-Ericsson u Delin u l-aħwa Butler kisbu posthom fil-flotta tal-Fidda, waqt li Durrant u Vlasbom ikkompetew fil-flotta tal-Bronż.

Ramm-Ericsson u Delin, li riċentement ġabu t-trofew tal-Kampjonat Ewropew tal-Juniors tal-RS Feva f’Malta, għal darb’oħra ħallew impatt posittiv fix-xena internazzjonali. Huma kisbu id- 9 post fil-flotta tal-Fidda iżda wkoll kisbu it-tielet post fil-Kampjonati tad-Dinja Junior. Il-Klassi Junior kellha 22 parteċipant.

“Il-Klassi RS Feva qeda tikber fil-popolarità fost l-istudenti tas-Sailing School.  Rajna titjib sostanzjali fil-wirjiet tagħhom kif jidher mir-riżultati miksuba fix-xena internazzjonali” – Ruya Cakmakli, Kowċ, Royal Malta Yacht Club Sailing School.

Sadanittant, Molly u Maxi Butler kisbu is-46 post fil-flotta tal-Fidda, filwaqt li Rosie Durrant u Fien Vlasbom kisbu it-32 post fil-flotta tal-Bronż. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali għal koppja Durrant u Vlasbom.

Il-Komunita talKlassi RS Feva qeda tikber madwar id-dinja u hi meqjusa bħala l-iktar dinghy double handed  popolari mat-tfal żgħar u hija meqjusa bħala l-ewwel pass lejn il-Klassijiet Olimpiċi bħat-29ers u 49ers.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

L-Assoċjazzjoni tal-ibburdjar Maltija tal-klassi SB20 organizzat l-ewwel avveniment tagħhom, għall-2020, matul it-tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta l-flotta SB20 ħadet sehem f’total ta ‘sitt tlielaq mifruxa fuq jumejn. It-temp kien konsistenti…

Ibburdjar

Ibburdjar. Is-Super Maxi Jott Comanche rebaħ il-Line Honours tal-edizzjoni 75 edizzjoni tat-tellieqa prestiġjuża Sydney – Hobart. Din kienet it-tielet sena konsekittiva li dan il-Jott rebaħ il-Line Honours ta’ din it-tellieqa….

Ibburdjar

Fir-Rolex Sydney Hobart il-jott Comanche reġa’ mar fuq quddiem wara li fl-aħħar sigħat kien inqabeż minn Info Track. Kif kien mistenni r-riħ naqqas ħafna u l-jottijiet qegħdin isibuha diffiċli biex…

Ibburdjar

Mill-bieraħ bdiet it-tellieqa tant mistennija fl-ibburdjar minn Sydney sa Hobart. Din hija l-75 edizzjoni tas-Sydney Hobart, bil-Wild Oats XI għandu sfida diffiċli biex iżomm il-Line Honours wara li rebaħ dan…

Aktar