Ibburdjar
Ibburdjar: Il-yaght Mapfre jirbaħ it-tappa ta’ Guangzhou tal-Volvo Ocean Race

Il-yaght Mapfre rebħu t-tappa ta’ Guangzhou biex fetħu vantaġġ ta’ 5 punti f’ras il-klassifika tal-leaderboard tal-In-Port Race Series.

Mapfre telgħu fil-quċċata wara li l-yaght Dongfeng tilfu l-ewwel post biex b’hekk issuperaw kemm fit-tellieqa u anki fil-punti finali.

Il-klassifika tara lil Mapfre fl-ewwel post bi 32 punt, Dongfeng Race Team fit-tieni post b’27 punt, Team Brunel bi 23 punt u Team AzkoNobel fir-raba’ post b’21 punt.

It-tappa li jmiss tkun it-Tnejn li ġej fejn il-yaghts jitilqu minn Guangzhou u jmorru Auckland, b’waqfa qasira skjedata f’Hong Kong.

Miktub minn...
TVM Sport