Ibburdjar
Ibburdjar: Ippreżentat l-Prada Cup trofew u unur ġdid

F’Montecarlo kienet ippreżentat l-Prada Cup, trofew ġdid li se jingħata lir-rebbieħ li wara jkun jista’ jisfida lil Team New Zealand għar-rebħ tal-America’s Cup, manifestazzjoni li bdiet fl-1851.

L-ewwel tappa tal-Prada Cup se ssir f’Sardinja u qabel din se ssir l-America’s Cup World series bejn is-sena d-dieħla u s-sena 2020.
Il-finali tal-America’s Cup issir bejn ir-rebbieħ ta’ Prada Cup u Team New Zealand. Din is-36 edizzjoni se ssir f’Marzu tas-sena 2021 f’Aukland New Zealand u tkun mill-aqwa ta’ 13-il regatta.

Fl-aħħar edizzjoni li saret is-sena l-oħra, Team New Zealand ħarġu rebbieħa fuq il-jott Amerikan Oracle Team USA.

Miktub minn...
TVM Sport
.