Ibburdjar
IBBURDJAR – Ir-Regatta Malta – Siracusa ssir fit-tmiem il-ġimgħa li ġejja

It-tmienja u ħamsin edizzjoni tar-Regatta Malta – Siracusa ser isseħħ nhar is-Sibt 14 ta’ Lulju.

Organizzata mir-Royal Malta Yacht Club flimkien mal-Lega Navale Italiana (Sezione Siracusa), din it-tellieqa ta’ 85 mili nawtiċi hija l-eqdem tellieqa fil-kalendarju Royal Malta Yacht Club.

Kull sena il-bidu tat-tellieqa talterna bejn Malta u Siracusa u din is-sena r-Royal Malta Yacht Club ser tospita l-bidu nhar is-Sibt 14 ta ‘Lulju fl-10 ta’ filgħodu minn Marsamxett.

Flotta kbira minn Sqallija hija mistennija tasal matul il-Ġimgħa 13, ta’ Lulju.  Fil-għaxija tinzamm laqgħa għal flotta li ssir fir-Royal Malta Yacht Club.   Jottijiet li regolarment jieħdu sehem, bħal Squalo Bianco, Hyperion of Turku, Duc in Altum diġà rreġistraw u aktar jottijiet huma mistennija jirreġistraw fil-jiem li ġejjin. Kompetituri Maltin  jinsabu b’taħlita tajba ta’ ‘ekwipaġġi ġodda u dawk li qedin jgħamlu ritorn.

Fl-2014 Dream Tech ta’ Massimo Savoca stabbilixxa rekord tal-korsa meta temm it-tellieqa f’hin ta’8:37:22. S’issa l-kundizzjonijiet tat-temp għamluha impossibbli li l-ekwipaġġi jegħlbu il-ħin reġistrat minn Savoca fl-2014, minkejja sforzi qawwija fis-snin sussegwenti.

Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet se ssir fil-Lega Navale f’Siracusa nhar il-Ħadd.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Is-Sport Boat Class organizzat is-seba’ tellieqa min mindu ġiet mnedija il-Klassi sena ilu. It-tlielaq seħħew fi tmiem il-ġimgħa, u kienu l-ekwipaġġ ta’ Maltese Musketeers, mmexjia minn Adrian Gauci Borda li…

Ibburdjar

Il-Malta Cruising Club din is-sena qed jippjanaw kruċiera madwar Għawdex għall-ġimgħa ta’ Santa Marija aktar attraenti mill-itinerarju ta’ dik ta’ madwar Malta tas-soltu. Il-programm propost jibda nhar it-Tlieta 14 ta’…

Ibburdjar

It-58 edizzjoni tat-tellieqa Malta -Siracusa, ospitata mill-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione Siracusa) ingħatat bidu ġewwa il-port ta’ Marsamxett reċentament.  Din it-tellieqa, ta’ 85 mil nawtiku, rat…

Ibburdjar

Volvo Ocean Race: It-tliet timijiet il-kbar tal-ibburdjar fil-Volvo Ocean Race fis-sensiela In-Port telgħu fuq il-podju fit-tappa tal-bieraħ li saret f’Cardiff, f’Wales b’Dongfeng Race Team li spiċċaw fl-ewwel post. Il-jott li…

Aktar