Ibburdjar
Ibburdjar: Is-super-maxi jott Wild Oats XI jirbaħ il-line honours fit-tellieqa Sydney – Hobart

Is-super-maxi jott Awstraljan Wild Oats XI rebaħ id-disa’ unur tiegħu fit-tellieqa Sydney – Hobart kmieni l-Ġimgħa filgħodu. Din kienet waħda mill-aktar tlielaq missielta li seħħew fl-aħħar snin, bil-jott Awstraljan jaqbeż il-linja finali fit-8:07am (ħin lokali).

Fit-tellieqa ta’ din is-sena, l-erba’ super-maxi jotts żammew ħafna qrib xulxin, u għalkemm Black Jack kien fuq quddiem fil-bidu tat-tellieqa, spiċċa nqabeż l-ewwel minn Comanche mbagħad minn Wild Oats XI. Malli r-riħ beda jonqos, il-jott Wild Oats XI irnexxielu jmur fuq quddiem ftit wara l-4am (ħin lokali), u dan ifisser li għamel l-aħħar erba’ sigħat tat-tellieqa l-ewwel. Il-jott Black Jack irnexxielu jirkupra ftit, tant li anke qabeż lil Comanche biex daħal it-tieni fix-xmara Derwent.

Din ir-rebħa tal-line honours kienet vendetta sportiva għall-Wild Oats XI, wara li fit-tellieqa tas-sena li għaddiet huma kienu daħlu l-ewwel f’ħin rekord, imma mbagħad ingħataw penali ta’ siegħa minħabba li kwarta wara l-bidu tat-tellieqa kienu ser jaħbtu mal-jott Comanche. Min-naħa l-oħra, għall-jott Comanche din ma tantx kienet sena pożittiva meta spiċċaw fit-tielet post.

Dan huwa l-mument li fih il-jott Wild Oats XI qabeż il-linja finali kif rappurtat minn ABC News:

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

Ibburdjar

Il-Mapfre Middlesea Euromed Regatta, ospitata mill-Malta Young Sailors Club taħt l-aswpiċji tal-Malta Sailing Federation ġiet fi tmiema l-Ħadd wara nofshinar meta saru l-aħħar tlielaq tal-Kampjonat ġewwa il-bajja tal-Mellieħa.  L-Uffiċjal tat-Tellieqa…

Aktar