Ibburdjar
Ibburdjar: Issir it-sitt edizzjoni tal-Beneteau Yacht Rendezvous

Yachting Malta reċentement ospitat Riceviment ta’merbħa tas-sitt ediżżjoni tal-Beneteau Yacht Rendezvous. Dan l-avveniment annwali, kien fil-passat jiġi miżmum f’Mallora, iżda din is-sena Beneteau Yachts (Franza) ġabu dan l-avveniment f’Malta.

Is-sitt edizzjoni ta’ dan l-avveniment, ġab flimkien ħdax il-jotti Beneteau, ta’ aktar minn ħamsin pied. Dawn il-jottijiet ħadu sehem f’numru attivitajiet soċjali kif ukoll tlielaq. Il-Beneteau Yacht Rendezvous kiseb popolarita kbira u fi ftit żmien stabbilixxa ruħu bħala l-opportunità perfetta biex tgħaqqad nies li jaqsmu passjoni komuni.

Barra mir-riċeviment ta’ merħba, il-parteċipanti setgħu jgawdu l-baħar madwar il-gżejjer Maltin permezz ta’ numru ta’ tlielaq madwar il-gżejjer ta’Kemmuna u Għawdex.

Filwaqt li matul il-ġurnata il-parteċipanti kienu qedin jbaħħru u jtellqu, fil-għaxija huma kellhom l-opportunita li jissoċjaliżżaw.

Meta indirizza lill-parteċipanti u ta merħba lill-organizzaturi, iċ-Ċerman ta’ Yachting Malta, is-Sur John Huber esprima s-sodisfazzjon tiegħu li jara avvenimenti notevoli bħal dawn jiġu ospitati f’Malta.

“L-Ibburdjar ma jikkonċernax biss tlielaq, iżda huwa wkoll jikkontribwixxi lejn il-bini ta’ komunità u netwerk attiva ta’ nies bl-istess delizzju u passjoni. Ninsabu kuntenti ħafna li naraw avvenimenti ta’ kalibru simili f’Malta.  Yachting Malta hija sostenitur ħerqan ta’ inizjattivi bħal dawn u nistennew nittamaw li nilqgħu s-seba’ edizzjoni ta ‘dan l-avveniment f’Malta. ”apjega John Huber, Ċerman, Yachting Malta Ltd.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

L-Assoċjazzjoni tal-ibburdjar Maltija tal-klassi SB20 organizzat l-ewwel avveniment tagħhom, għall-2020, matul it-tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta l-flotta SB20 ħadet sehem f’total ta ‘sitt tlielaq mifruxa fuq jumejn. It-temp kien konsistenti…

Ibburdjar

Ibburdjar. Is-Super Maxi Jott Comanche rebaħ il-Line Honours tal-edizzjoni 75 edizzjoni tat-tellieqa prestiġjuża Sydney – Hobart. Din kienet it-tielet sena konsekittiva li dan il-Jott rebaħ il-Line Honours ta’ din it-tellieqa….

Ibburdjar

Fir-Rolex Sydney Hobart il-jott Comanche reġa’ mar fuq quddiem wara li fl-aħħar sigħat kien inqabeż minn Info Track. Kif kien mistenni r-riħ naqqas ħafna u l-jottijiet qegħdin isibuha diffiċli biex…

Ibburdjar

Mill-bieraħ bdiet it-tellieqa tant mistennija fl-ibburdjar minn Sydney sa Hobart. Din hija l-75 edizzjoni tas-Sydney Hobart, bil-Wild Oats XI għandu sfida diffiċli biex iżomm il-Line Honours wara li rebaħ dan…

Aktar