Regatta
Ibburdjar: Jibdew il-Mapfre Middlesea Euromed International Championships fil-bajja tal-Mellieħa

Il-Mapfre Middlesea Euromed International Championships ingħataw bidu llum fil-Bajja tal-Mellieħa. Organizzati mill-Malta Young Sailors Club u sponsorjata minn Yachting Malta, ir-regatta laqgħet 230 baħħara li kkompetu fil-Klassijiet tal-Optimist u tal-Laser.

Minkejja t-temp imċajpar li ħakem l-akwati, il-flotta gawdiet mill-kundizzjonijiet tat-temp tajbin, b’riħ ta madwar 10 mili nawtiċi fis-siegħa u b’imbatt baxx. Dan it-temp ippermetta li l-programm mħejji mill-kumitat organizzattiv, immexxi mill-Principal Race Officer Peter Dimech,  seta jitwettaq.

Klassi Laser

Il-Klassi Laser rat il-flotta 4.7 u Radial tikkompeti fi tliet tlielaq.  Il-Flotta 4.7, li kienet l-akbar flotta ta’ din il-klassi, kienet iddominata mill-atleta Żvizzera Anja von Allmen (Regattaclub Oberhofen), li ddominat it-tlielaq kollha. Hi kienet segwita minn Saul Vassallo (Malta Young Sailors Club) li kien konsistentament fit-tieni post. Fit-tielet post kien Matthew Flores (Birżebbuġa Sailing Club) li kellu wkoll prestazzjoni konsistenti fl-ewwel żewġ tiġrijiet iżda mbagħad tejjeb il-pożizzjoni tiegħu biex ikkonkluda l-ġurnata fit-tielet post.

Fil-flotta Radial, Zachary Zammit (MYSC) kien fuq quddiem meta ħa t-tmexxija tat-tellieqa. Hu rebaħ l-ewwel żewġ tlielaq u kiseb it-tieni post fl-aħħar tellieqa tal-ġurnata.  Matthew Micallef (MYSC) segwa lil Zammit fit-tieni post għall-ewwel żewġ tlielaq iżda niżel għar-raba post fl-aħħar tellieqa. Dawn ir-riżultati kienu biżżejjed sabiex l-atleti tal-MYSC setgħu jiskbu l-ewwel żewġ postijiet għall-ġurnata. Fit-tielet post kien l-Estonjan Kaspar Raus (ROPK) – li minkejja ġie fir-raba post fl-ewwel żewġ tlielaq, hu kiseb l-ewwel post fl-aħħar tellieqa b’hekk spiċċa fit-tielet post

Klassi Optimist

Fil-Klassi Novice, il-flotta li kienet  magħmula minn flotta ta ‘tnax-il baħħara ħadu sehem f’żewġ tlielaq. Ir- Russu Alexander Fastenko (Youth of Moscow) kiseb l-ewwel post darbtejn. Huwa kien segwit minn Felix Mulder (Hebe Haven Yacht Club, Ħong Kong) – Mulder kiseb tielet u t-tieni post, filwaqt li fit-tielet post kien Poyraz Fidanboy (Royal Malta Yacht Club) li rnexxielu jikseb it-tieni u ir-raba post illum.

Il-Klassi Cadet rat ħamsin baħħar jikkompetu.  Fl-ewwel post kien Eric Fenech Pace, warajħ segwa Timmy Vassallo, it-tnejn li jirrappreżentaw lil Malta Young Sailors Club. Fit-tielet post ġie r-Russu Pavel Guschin (SPB Sailing Academy).

Intant fid-Diviżjoni Senior it-Taljan Tommaso De Fontes kiseb l-ewwel post, segwit mit-Tajlandiż Weka Bhanubandh u fit-tielet post kien il-Malti Jake Mallia (Birżebbuġa Sailing Club).

Filwaqt li kien hemm grad t’aspettattiva miċ-Champion Ewropew tal-Optimist attwali Alessandro Cortese, huwa rnexxielu biss jikseb  id-9 post.

Wieħed għandu jinnota li dawn ir-riżultati għadhom fuq bażi provviżorja u jistgħu jinbidlu fil-jiem li ġejjin.

It-tieni ġurnata tkompli għada il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru, meta l-flotta tkompli ttellaq fil-Bajja tal-Mellieħa mill-10 ta’filgħodu l-quddiem.

Il-Mapfre Middle Sea Euromed Regatta hija sponsorjata minn Mapfre Middlesea plc u Yachting Malta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Regatta

Il-flotta ta’ dgħajjes li se jkunu qed jieħdu sehem fil-BOV Gozo Regatta ta’ din is-sena, se jkunu qed jitħabtu ma’ rjiħat qawwija u mewġ qawwi waqt dan l-avveniment annwali ta’…

Regatta

Bormla rebħu x-Shield tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2019 għall-għoxrin darba fl-istorja tagħhom. Dan is-suċċess wasal wara li huma rebħu l-ħames tiġrijiet tal-kategorija Open fejn tellgħu total ta’ 88 punt. Huma rebħu…

Regatta

Bħal-lum ġimgħa festa publika fil-gżejjer Maltin fejn nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru tkun iċċelebrata l-Festa tal-Vitorja bl-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor torganizza edizzjoni oħra tar-Regatta. B’kollox din is-sena se…

Aktar