Ibburdjar
Ibburdjar: Jintemm l-istaġun tax-Xitwa tar-Royal Malta Yacht Club

Il-Winter Coastal Race Series tar-Royal Malta Yacht Club ġew konklusi bl-aħħar tellieqa tas-Serje li seħħet reċentement. Flotta ta’ ħames dgħajjes telqu mill-port ta’ Marsamxett, fejn irħewla lejn il-Fairway Buoy qabel ma telqu lejn it-tramuntana ta’ Malta u it-Torri tal-Għallis. L-aħħar tellieqa tas-Serje ġiet mirbuħa b’marġini ta’sitt sekondi biss, mill-ekwipaġġ ta’ Fernando Grech fuq Kon Tiki.

Il-Winter Coastal Race Series seħħew matul tmiem il-ġimgħa wara nofsinhar u kienu maħsuba biex ikunu tlielaq inqas kompettitivi mit-tlielaq regolari fil-kalendarju tal-Klabb. Ir-riżultat tat-tellieqa ġiet moddija separatament sabiex l-ekwipaġġi setgħu jingħaqdu ma ’tellieqa waħda. Dawn it-tipi ta’tlielaq kienu popolari u l-Klabb qed jippjana serje oħra matul Mejju u Ġunju bi tlielaq li jsiru nhar ta’ Sibt wara nofsinhar, filwaqt li Serje tas-Sajf, ippjanat għal Awwissu u Settembru, se jkun magħmul minn serje ta’ tlielaq matul il-ġimgħa wara nofsinhar. Hekk kif li l-istaġun tax-xitwa għadda, il-Klabb qiegħed iħares il-quddiem għat-tlielaq li joffru sfidi ikbar. April se jara r-ritorn tal-Klassi Sport Boats u żewġ tlielaq fuq distanzi twal fil-Kalendarju.  Klassi Sport Boats– 7 u 8 ta’ April L-appuntament li jmiss, għall-Klassi ta ‘l-Isport Boats se jkun nhar is-7 u t-8 ta’ April, meta l-ekwipaġġi tad-dgħajjes, li jaqgħu taħt din il-Klassi, jerġgħu jiltaqgħu fil-Royal Malta Yacht Club għal tmiem il-ġimgħa mimli b’tlielaq qosra. Il-Klassi se torganizza total ta’ tliet itlielaq nhar is-Sibt u l-Ħadd, bit-tlielaq jibdew mill-10:30 ta’ filgħodu. L-għoti tal-premijiet ser isir il-Ħadd madwar l-erbgħa ta’wara nofshinar.

PV-IES Double Handed Round Malta – 14 ta’ April 

L-ewwel tellieqa double handed tal-istaġun, din it-tip ta’tellieqa hija waħda kkunsidrata diffiċli fejn l-ekwipaġġi ma jkollhom l-ebda ħin ta’ mistrieħ.  Din it-tellieqa ser tifforma parti minn sensiela ta’ tliet tlielaq ta’ dan it-tip, li se jsiru matul is-sena, u jogħddu għas-Short Handed Trophy li jingħata fl-aħħar tal-istaġun.

It-tellieqa tibda mill-Port ta ‘Marsamxett, u tieħu ekwipaġġi madwar il-gżira ta’ Malta biex tintemm fil-punt tat-tluq ġewwa Marsamxett.

Citadel Marzamemi Weekend Regatta – 28 ta’ April

It-tellieqa Citadel Marzamemi hija kkunsidrata bħala waħda mit-tlielaq klassiċi tal-Klabb u hija l-ewwel tellieqa offshore tas-sena. Din it-tellieqa hija meqjusa bħala l-aktar avveniment mistenni mill-ekwipaġġi tal-Klabb.

Il-flotta mistennija li jkollha lista ta’ membri regolari kif ukoll xi wħud ġodda. Jamie Sammut, rebbieħ fit-tellieqa lejn Marzamemi is-sena l-oħra huwa mistenni li jieħu sehem u jikkompeti biex iżomm it-titlu. Oħrajn bħall-ekwipaġġi ta ‘Elusive 2, Xpresso, Janissah u Falcon Malti huma wħud mill-ftit li l-klabb qed jistenna li jara fuq il-linja tal-bidu.

Miktub minn...
TVM Sport