Ibburdjar
Ibburdjar: Kollox lest għall-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race

Minkejja iċ-ċikostanzi li ninsabu fihom, kollox jinsab lest biex issir il-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race.

Ir-Rolex Middle Sea Race se tkun qed titlaq mill-Port il-Kbir tal-Belt Valletta u minkejja l-interruzzjoni kontinwa kkawżata mill-pandemija COVID-19, bħalissa hemm 79 jott rreġistrati li jirrappreżentaw 21 pajjiż bi flotta diversa u attraenti minħabba ċ-ċirkostanzi, b’xi jottijiet partikolari.

Ir-Royal Malta Yacht Club mhu qed tieħu xejn bħala fatt minħabba l-istampa globali li għadha tippreżenta ostaklu enormi qabel ma l-kanuni tas-Saluting Battery jindikaw il-bidu tat-tellieqa.

Tħejja wkoll Task Force kontra l-COVID-19 fejn qed jiġbed l-għarfien espert minn numru ta’ individwi.

Ir-Rolex Middle Sea Race tibda fis-17 ta’ Ottubru li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport