Ibburdjar
Ibburdjar: Kundizzjonijiet diffiċli joffru sfida għall-flotta Mapfre Middlesea Euromed Regatta

Il-kundizzjonijiet tajbin li l-flotta tal-Mapfre Middlesea Euromed Regatta esperjenżaw il-bieraħ sfaw fix-xejn meta llum kellhom l-iktar kundizżjonijiet diffiċli minħabba ir-riħ, li kien qed jilħaq madwar 19 – 23 mil nawtiku fis-siegħa.

L-irwiefen barra mill-bajja kienu qedin jilħqu madwar 37 mil nawtiku fis-siegħa, u minħabba dan il-flotta iddaħlet l-iktar ġewwa possible. L-ewwel tellieqa seħħet filgħodu iżda kif spiċċat kien hemm waqfien kemm xejn fit-tul qabel mal-flotta tal-Optimist, Senior u Cadet reġġħu niżlu id-dgħajjes sabiex jikkompetu f’tlett tlielaq oħra.

Optimist Class

Wara r-riżultati li ġew miksuba wara l-ewwel jumejn, il-flotta tal-Optimist Cadet u Senior ġiew maqsuma f’tlett kategoriji – Deheb, Fidda u Bronz.

Fid-divisjoni Senior fill-Klassi tad-deheb, minkejja li kellu bidu xejn tajjeb, iċ-Ċampjin tal-Ewropa Alessandro Cortese tela fil-klassifika biex issa jinsab fit-tieni post wara Tommaso de Fontes li kellu prestazzjoni konsistenti. Fit-tielet post hemm Michele Luigi Adorni.  L-ewwel tlett Maltin f’din il-kategorija huma Antonio Gasperini, Nicolas Drescher u Benjamin Vassallo. Sa danittant, fid-divisjoni Cadet, Eric Fenech Pace jkompli fl-ewwel post segwit minn Timmy Vassallo u ir-Russu Nicholay Larchenkov.

L-ewwel tlett Seniors fit-taqsima tal-Fidda kienu were Mia Klaboe (Norveġja), Finian Morris (L-Inghilterra) u Luke Turvey (Irlanda). L-ewwel Malti f’din id-divisjoni hu Danjel Fenech.  Imexxi id-divisjoni Cadet hu Pierluigi Taccon Acton segwit minn Jonas Micallef uArtem Cherpita (Russja)

Fil-Klassi Bronz, Kategorija Seniors, Marta La Greca (Italja), Oscar Morgan Harris (L-Inghilterra) u Giuseppe Gaetano (Italia) qedin fuq quddiem. L-ewwel Malti hu Maximilian Formosa segwit minn Andrene Azzopardi.  Fit-Taqsima Cadet, fl-ewwel post jinsab Zoubovski (Cyprus) segwit mit-Taljani  Gilda Nasti u Simone Paturzo.

Fil-Klassi tal-Beginners, il-flotta kellha tiġrija waħda biss. Ir-Russu Alexander Fastenko dalgħodu ma kkompetiex, waqt li Felix Mulder irtira. Minkejja dan, it-tnejn għadhom iżommu l-vantaġġ li huma stabbilixxew fl-ewwel jumejn tal-kompetizzjoni. Fit-tielet post kienet Veronika Basalkina, li rebħet l-unika tellieqa tal-ġurnata għall-klassi.

Laser Class

Tellieqa waħda biss għall-klassi Laser 4.7 u Radial.

Forsi l-iktar azzjoni notevoli tal-ġurnata kienet l-att ta ’l-isportiv minn Anja Von Allmen. B’għaxar minuti biss biex għall-bidu tat-tellieqa, iċ-Ċampjin tad-Dinja tal-Under 21 Laser 4.7, Von Allmen innotat li l-Amerikana Liliann Lucas kien waqet il-baħar u ma setatx tpoġġi d-dgħajsa tagħha f’pożizzjoni wieqfa. Von Allmen, minkejja li kienet taf li ma kienx ser jkun hemm postponiment tal-bidu tat-tellieqa u setgħet faċilment tilfet il-bidu, baħħret lejn Lucas, ġibdha mill-ilma u għenita titla fuq id-dgħajsa eżatt fil-ħin biex it-tnejn jibdew it-tellieqa .

Minkejja l-avventura fil-bidu tat-tellieqa, Anja Von Allmen kompliet il-vena rebbieħa tagħha.  It-tellieqa tal-lum rat it-tieni post  jiġi meħud minn George Erik Ristall, filwaqt li Lacey Aquilina daħlet fit-tielet post. Dawn ir-riżultati iżda ma affettwawx il-klassifika tal-bieraħ. Von Allmen tinsab fl-ewwel post b’distakk komdu fuq Saul Vassallo li jinstab fit-tieni post. Minkejja dan Vassallo ta prestazzjoni konsistenti matul il-ġranet kollha u żamm vantaġġ ta’ erba punti fuq George Erik Ristall li jinsab fit-tielet post.

Fil-Kategorija Radial, Gregory Mifsud irreġistra ir-rebħa tal-ġurnata, iżda xorta jibqa fil-quċċata tal-klassifika Zachary Zammit. Zammit hu segwit minn Matthew Micallef. Il-prestazzjoni tallum ta’Mifsud qeditu fit-tielet post.

Wieħed għandu jinnota li dawn ir-riżultati għadhom fuq bażi provviżorja u jistgħu jinbidlu fil-jiem li ġejjin.

Il-Mapfre Middlesea Euromed Regatta qeda tiġi ospitata mill-Malta Young Sailors Club taħt l-awspiċji tal-Malta Sailing Federation. Ir-regatta qeda tiġi sponsorjata minn  Mapfre Middlesea plc u appoġġiata minn Yachting Malta Ltd.

L-aħħar ġurnata ta’tlielaq iseħħu għada il-Ħadd, 22 ta’ Diċembru meta l-flotta tkompli ttellaq fil-Bajja tal-Mellieħa mill-10 ta’filgħodu l-quddiem.  L-Għoti tal-Premijiet isiru il-Ħadd filgħaxija fis-6.

Miktub minn...
TVM Sport