Ibburdjar
Ibburdjar: Maltese Musketeers jirbħu Sport Boats Regatta b’distakk ta’ ftit sekondi

Is-Sport Boat Class organizzat is-seba’ tellieqa min mindu ġiet mnedija il-Klassi sena ilu. It-tlielaq seħħew fi tmiem il-ġimgħa, u kienu l-ekwipaġġ ta’ Maltese Musketeers, mmexjia minn Adrian Gauci Borda li ħarġu r-rebbieħa, bi ftit sekondi ta’ distakk minn Seriously Bonkers ta’ Marcus Ciantar.

Matul il-ġurnata, kien hemm kompetizzjoni qawwija bejn il-Maltese Musketeers u Seriously Bonkers, li żammew distakk qasir bejniethom. Iż-żewġ dgħajjes SB20 biddlu il-posizzjonijiet bejniethom kemm il-darba matul it-tlielaq kollha.

L-impejni li jmiss tal-iSport Boat Class se  jseħħu matul il-BOV Gozo Weekend Regatta, organizzat mill-Royal Malta Yacht Club u li se ssir bejn it-23 u l-25 ta’ Novembru. Huwa antiċipat li se jieħdu sehem erba ‘SB20s.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Flotta mdaqqsa telqet lejn Marzamemi mir-Royal Malta Yacht Club fis-Citadel Marzamemi Regatta li saret reċentement. It-tellieqa hi waħda mill-favoriti fil-kalendarju tat-tlielaq tal-klabb minħabba li hi l-ewwel tellieqa offshore tal-istaġun kif…

Ibburdjar

It-tellieqa PVIES Double Handed madwar Malta, ospitata mir-Royal Malta Yacht Club u li seħħet reċentement, kienet mimlija kundizzjonijiet diffiċli ħafna. Hekk kif bdiet it-tellieqa, partikolarment meta l-flotta daret mal-Aħrax, kienet…

Ibburdjar

L-edizzjoni inawgurali tal-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing se ssir f’Ottubru 2020 fil-Belt Valletta, Malta flimkien mar-Rolex Middle Sea Race. Imħabbra fl-2017, il-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing ser jkunu pjattaforma b’saħħitha biex tkompli…

Ibburdjar

Huma erba’ Olandiżi r-rebbieħa tat-Talisker Whisky Atlantic Challenge, meta kienu huma l-ewwel li rnexxilhom jagħmlu d-distanza ta’ 3,000 mil mill-Gżejjer Kanarji s’Antigua u Barbuda. It-tim bl-isem ta’ The Dutch Atlantic…

Aktar