Ibburdjar
Ibburdjar: Nhar is-Sibt issir is-‘Siracusa Cruise’

Il-Malta Cruising Club se jorganizzaw l-International Siracusa Cruise bejn is-Sibt 27 ta’ Lulju u s-Sibt 3 ta’ Awwissu.

Id-distanza ta’ 85 mil nawtiku bejn Malta u Siracusa se tinqasam f’żewġ partijiet – l-ewwel se jkun hemm 60m.n. li jbaħħru sa Marzamemi li b’veloċità moderata ta’ 6.5 knots għandha tieħu madwar 9.5 sigħat.

Hawnhekk il-flotta se tqatta’ l-lejl biex tkompli bil-kruċiera l-għada. Il-25m.n. distanza bejn Marsameni u Siracusa għandha tkun koperta f’madwar 4 sigħat.

F’Siracusa li tikkaratterizza s-sbuħija immortali ta’ Sqallija l-baħħara Maltin se jqattgħu ħamest ijiem. Meta jmorru lura d-dar, il-flotta tgħaddi lejl ieħor f’Marzamemi qabel ma tipproċedi għal Malta.

Il-International Siracusa Cruise hija sponsorjata minn International Paint, irrappreżentata u mqassma f’Malta minn Med Tek Limited.

Dan il-Cruise huwa t-tieni parti ta’ arranġament ta’ sponsorizzazzjoni doppju magħmul bejn International Paint u l-Malta Cruising Club.

Xi ġimgħat ilu membri tal-MCC ġew ospitati għal preżentazzjoni mill-aktar interessanti dwar l-iżviluppi u l-isfidi l-ġodda fil-ġlieda kontra anti-fouling ta’ dgħajjes tal-qlugħ u ta’ dgħajjes tal-mutur.

Dakinhar il-qofol tal-lejla kien l-informazzjoni dwar ir-riċerka li saret mill-AkzoNobel Group fuq lustrar għaż-żaqq tal-bastiment li ma fiha l-ebda bijoċidi li jagħmlu ħsara lill-ambjent.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Ir-rebħa tas-super-maxi jott Wild Oats XI reġgħet qiegħda f’nofs kontroversja, wara li issa, l-iskipper Mark Bradford u s-sid Peter Harburg tal-jott Black Jack qegħdin jipprotestaw li l-jott Wild Oats XI…

Ibburdjar

Is-super-maxi jott Awstraljan Wild Oats XI rebaħ id-disa’ unur tiegħu fit-tellieqa Sydney – Hobart kmieni l-Ġimgħa filgħodu. Din kienet waħda mill-aktar tlielaq missielta li seħħew fl-aħħar snin, bil-jott Awstraljan jaqbeż…

Ibburdjar

Is-super-maxi jott minn Hong Kong, Scallywag, spiċċa kellu jirtira mit-tellieqa Sydney – Hobart meta kien jinsab fir-raba’ post. Il-jott li huwa ta’ Seng Huang Lee irnexxielu jaqbeż Sydney Heads meta…

Aktar