Ibburdjar
Ibburdjar: Nhar it-Tlieta tibda l-kruċiera ta’ Santa Marija madwar Għawdex

Il-Malta Cruising Club din is-sena qed jippjanaw kruċiera madwar Għawdex għall-ġimgħa ta’ Santa Marija aktar attraenti mill-itinerarju ta’ dik ta’ madwar Malta tas-soltu.

Il-programm propost jibda nhar it-Tlieta 14 ta’ Awwissu bit-tluq mill-pontoon fejn ibbażati għall-Mellieħa fejn issier waqfa għal għawma waqt li jkunu fuq l-ankra fil-Bajja tal-Mellieħa Slugs – wara l-ikla d-dgħajjes jipproċedu għal r-Ramla l-Hamra f’Għawdex fejn jieklu waqt fuq l-ankra u jibqaw għall-lejl.

Fil-għodu ta’ l-Erbgħa 15, il-flotta titlaq mir-Ramla I-Hamra lejn il-lvant jgħaddu l-Punta ta’ Dimitri u jipproċedu lejn id-Dwejra b’waqfa hemm għall-ikel jekk l-ispazju jippermetti. Wara nofsinhar il-kruċiera tipproċedi madwar Għawdex lejn ix-Xatt l-Ahmar. Hawn id-dgħajjes jankraw għall-pranzu u lejl fuq l-ankra.

L-aħħar jum tal-kruċiera, il-flotta titlaq mix Xatt l-Ahmar lejn Golden Bay fejn jiequ għall-ikla fuq ankra. Wara nofsinhar, kollha jipproċedu lura mill-kanal tan-Nofsinhar ta’ Kemuna biex jirritornaw lejn l-irmiġġi tagħhom u biex jaslu sa nżul ix-xemx

Id-dgħajsa ta’ quddiem għal din il-kruċiera se tkun m/y Miss Sophie mmexxija minn Michael Mifsud filwaqt li l-Malta Cruising Club għandu jimmonitorja l-kundizzjonijiet tat-temp tal-ġranet li ġejjin speċjalment għat-tlett ijiem kollha tal-kruċiera biex jiżguraw li l-lokalitajiet magħżula kollha jkunu adattati għad-dgħajjes biex jankraw mal-lejl. Aktar informazzjoni mil-web-site tal-Klabb.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Huma erba’ Olandiżi r-rebbieħa tat-Talisker Whisky Atlantic Challenge, meta kienu huma l-ewwel li rnexxilhom jagħmlu d-distanza ta’ 3,000 mil mill-Gżejjer Kanarji s’Antigua u Barbuda. It-tim bl-isem ta’ The Dutch Atlantic…

Ibburdjar

It-tim tal-jott Wild Oats XI infexxew f’ċelebrazzjonijiet kbar wara li Ġurija Internazzjonali fir-Royal Yacht Club ta’ Tasmania ddeċidew li l-protest imressaq mill-Kumitat tat-Tellieqa ma kienx validu. Il-protest tressaq ilbieraħ wara…

Ibburdjar

Id-duo magħmul minn David Latham u Philippe Falle fuq il-jott Pronavia 38, Seawolf rebħu it-tellieqa Raymarine Double Handed Figure of Eight, tellieqa annwali  organizzata mir-Royal Malta Yacht Club. Flotta ta’…

Aktar