Ibburdjar
Ibburdjar: Seawolf of Southampton jirbaħ it-Trofew tar- Raymarine Double Handed Figure of Eight

Id-duo magħmul minn David Latham u Philippe Falle fuq il-jott Pronavia 38, Seawolf rebħu it-tellieqa Raymarine Double Handed Figure of Eight, tellieqa annwali  organizzata mir-Royal Malta Yacht Club.

Flotta ta’ tmintax-il jott bdiet it-tellieqa nhar is-Sibt 1 ta ‘Diċembru.  Bi tbassir ta’ irjieħ ħfief, ir-Race Officer Peter Dimech iddeċieda li jqassar ir-rotta għal-madwar Kemmuna.

Il-flotta telqet fit-tmienja ta’ fligħodu, u ġiet milqugħa minn xita u mbatt qawwi li kkawżat tfixkil mill-bidu nett. Il-kundizzjonijiet tat-temp komplew, bir-rwiefen jilħqu sa tletin mill nawtiku meta l-flotta waslet fin-Nofsinhar ta’ Malta. Dan ġie segwit minn maltempata qawwija li rriżulta f’diversi irtirar mill-flotta.

Lejn it-tmiem tat-tellieqa kienu dawk id-dgħajjes li baqgħu jippersistu li ġew ippremjat meta is-sema ċċarat u r-riħ tjieb sa biex jispiċċaw it-tellieqa  fid-dawl tax-xemx.

L-ewwel jott li spiċċa it-tellieqa kien il-First 45 Elusive 2 t’Aaron u Christoph Podesta, madankollu kien id-duo Latham / Falle fuq Seawolf, li, fuq ħin ikkoreġut, ħa r-rebħa fil-Klassi tagħhom kif ukoll il- it-trofew tar-rebbieħ overall.

Ir-rebbieħa tas-sena l-oħra Jamie Sammut u John Cachia fuq Solaris 45 Unica ppruvaw jirrepetu s-suċċess tas-sena  u baqgħu jissieltu sal-aħħar minuta. Minkejja xi diffikultà bl-ispinnaker fl-aħħar ħin tat-tellieqa huma rnexxilhom jirbħu il-klassi tagħhom.

Is-serata tal-Għoti tal-Premijiet saret fir-Royal Malta Yacht Club fost il-preżenza tal-kompetituri, ħbieb u membri tal-Club. Christian Ripard ta’ RLR Yachting, l-aġenti ta’ Raymarine f’Malta u sponsor tat-tellieqa ppreżenta premjijiet lir-rebbieħa.

Riżultati – Raymarine Double Handed Figure of Eight

 Overall & IRC Class 2

L-ewwel post – Seawolf of Southampton (Dave Latham / Philippe Farr)

It-tieni post  – Escape (Georges Bonello Dupuis / Dennis Gatt)

It-tielet post  – Fast Forward (Mark Vassallo / David Anastasi)

IRC Class 1

L-ewwel post – Unica (Jamie Sammut / John Cachia)

It-tieni post – Elusive 2 (Aaron Podesta / Christoph Podesta)

It-tielet post – Xpresso (Sean Borg / Matthew Agius Delicata)

RMYC Club Cruisers

L-ewwel post –  Velina (Paulo Giummara / Gaetano Salafia)

It-tieni post – Waki Waki (Tom Bonello Ghio / Tom Sammut Alessi)

It-tielet post – Gioia (Anthony Miggiani / Karl Miggiani)

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Ekwipaġġi mir-Royal Malta Yacht Club Sailing School ingħaqdu ma ‘l fuq minn 200 tim, li jirrappreżentaw 23 pajjiż, fil-Kampjonati Dinjija tal-Klassi RS Feva li saru f’Follonica, l-Italja. Il-kontinġent tal-Klabb, immexxi…

Ibburdjar

L-eqdem tellieqa fil-kalendarju tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club, it-tellieqa Malta-Sirakuża, iċċelebrat id-59 edizzjoni f’Lulju. It-tellieqa, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracusa) hija popolari ħafna,…

Ibburdjar

Ibburdjar: Il-baħħar żagħżugh Richard Schultheis kiseb suċċess personali u għal Malta fil-Kampjonat tad-Dinja Optimist meta spiċċa fit-tieni post fil-klassifika overall. Dawn il-kampjonati tad-Dinja li saru fil-gżira ta’ Antigwa intrebħu mit-taljan…

Ibburdjar

Ir-Rolex Middle Sea Race kompliet turi il-popolarita tagħha meta 58 jott minn 17-il pajjiż s’issa rreġistraw għall-edizzjoni tal-2019. Huwa mifhum ukoll, li għalkemm għadhom ma rreġistrawx, numru ta’ jottijiet ser…

Aktar