X

Ibburdjar: Suċċess personali u għal Malta minn Richard Schultheis, jtemm fit-tieni post minn 255 baħħar

Story Published

Ibburdjar: Il-baħħar żagħżugh Richard Schultheis kiseb suċċess personali u għal Malta fil-Kampjonat tad-Dinja Optimist meta spiċċa fit-tieni post fil-klassifika overall.
Dawn il-kampjonati tad-Dinja li saru fil-gżira ta’ Antigwa intrebħu mit-taljan Marco Gradoni.

Għal Gradoni dan kien it-tielet suċċess konsekuttiv fil-kategorija Optimist. Schultheis li għad għandu biss 14 -il sena rebaħ żewġ tlielaq minn 11 li saru u dejjem ipplasja tajjeb fl-oħrajn.

Fit-tielet post wara Schultheis, tela’ fuq il-podju Jaime Ayarza ta’ Spanja, Il-Kampjonat tad-Dinja tal-Optimist kellu b’kollox 255 kompetitur minn 65 pajjiż.