Ibburdjar
Ibburdjar: Susie Goodall tiġi salvata mill-Oċean Paċifiku

L-iskipper Susie Goodall kellha tiġi salvata mill-Oċean Paċifiku wara li l-jott li kienet fuqu nqaleb u nqasamlu l-arblu prinċipali f’maltempata qawwija. Goodall ta’ 29 sena, l-iżgħar skipper fit-tellieqa Golden Globe, kellha tistenna jumejn bejn sema u ilma sakemm il-vapur Tian Fu rreġistrat Hong Kong wasal sabiex isalvaha. Hija bagħtet is-sinjal tal-għajjut meta kienet 2,000 mil nawtiku fil-Punent ta’ Cape Horn. Goodall kienet qed ittellaq fuq il-jott waħedha.

Fil-ħin tal-inċident Goodall kienet tinsab fir-raba’ post, imma malli l-jott inqaleb u l-arblu prinċipali tkisser, l-uniku mottiv li kien fadlilha kien li ssalva ġildha, għaliex kienet taf li t-tellieqa għaliha kienet spiċċat hemmhekk. Din it-tellieqa tal-Golden Globe kienet qed tikkommemora l-ħamsin anniversarju ta’ meta fl-1969, il-Brittaniku Robin Knox-Johnston kien rebaħ l-ewwel tellieqa waħdu madwar id-dinja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Grupp ta’ baħħara mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing, sport li kien laħaq il-popolarità tiegħu fis-snin tmenin u disgħin. Din l-attività wasslet għall-iżvilupp ta’ festival…

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

Il-Mapfre Middlesea Euromed Regatta, ospitata mill-Malta Young Sailors Club taħt l-aswpiċji tal-Malta Sailing Federation ġiet fi tmiema l-Ħadd wara nofshinar meta saru l-aħħar tlielaq tal-Kampjonat ġewwa il-bajja tal-Mellieħa.  L-Uffiċjal tat-Tellieqa…

Aktar