Ibburdjar
Ibburdjar – Team New Zealand jiżvelaw it-tieni monohull għall-America’s Cup

Team New Zealand għadhom kif żvelaw it-tieni monohull, l-AC75, ftit jiem qabel l-America’s Cup. Team New Zealand qed jittama li jżomm it-trofew wara li kien rebaħ l-America’s Cup aktar kmieni din is-sena. L-iżvelar tat-tieni monohull kien l-aħħar wieħed minn ta’ diversi timijiet, fosthom mill-Italja, Ingilterra u Stati Uniti.

Il-monohull il-ġdid ta’ New Zealand jismu ‘Te Rehutai’ u kien żvelat fuq l-istazzjon nazzjonali tal-pajjiż. F’Jannar li ġej ser tibda l-edizzjoni 2021, imma x-xahar id-dieħel it-timijiet ser ikollhom ċans jikkompetu kontra xulxin f’regatta sabiex jippreparaw għall-kompetizzjoni finali. Min jirbaħ id-diversi tlielaq bejn Jannar u Frar jikkompeti kontra New Zealand fl-America’s Cup f’Marzu 2021.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA