Ibburdjar
Ibburdjar: Team New Zealand u Luna Rossa jinsabu fi draw ta’ 1-1 wara l-ewwel żewġt itlielaq tal-America’s Cup

Team New Zealand u Luna Rossa jinsabu fi draw ta’ 1-1 wara l-ewwel żewġt itlielaq tal-America’s Cup li qed issir f’Auckland.

L-ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni diġà offriet emozzjonijiet kbar għal dan l-aktar trofew antik fl-isport internazzjonali.

Team New Zealand rebaħ l-ewwel tellieqa fl-ewwel mill-aqwa tlettax b’31 sekonda biex il-jott Taljana rebaħ it-tieni waħda b’7 sekondi.

L-iskipper ta’ Team New Zealand Peter Burling qal li fl-ewwel żewġt itlielaq l-ekwipaġġ tiegħu ma kienx fl-aqwa forma possibbli.

L-ewwel ġurnata tal-America’s Cup kellha tibda erbat ijiem wara li kienet skedata oriġinarjament u qed jidher li se jkun dwell ras imb’ras sal-aħħar.

It-tieni ġurnata tal-America’s Cup issir il-Ġimgħa kmieni filgħodu.

It-tielaq tal-America’s Cup qed jixxandru fuq TVM2.

 

Miktub minn...
TVM Sport