Ibburdjar
Ibburdjar: Tim Artie lest għar-Rolex Middle Sea Race

Id-dgħajsa ġdida ta’ Artie Sailing Team għada kif ġiet varata fil-Marina di Valletta bil-lest għar-Rolex Middle Sea Race 2019. It-tim Malti għandu ambizzjonijiet għolja għal din l-edizzjoni u qed jimmira għal pożizzjoni tajba fil-kategorija tiegħu.

Artie Sailing Team huwa magħruf sew f’dan l-isport, kemm f’Malta kif ukoll barra. It-tim diġà kellu l-opportunità juri l-ħila u tiegħu f’okkazzjonijiet oħra u, fil-fatt, rebaħ ir-Rolex Middle Sea Race darbtejn, fl-2011 u fl-2014.

L-iskwadra hija mmexxija minn Lee Satariano u Christian Ripard li bejniethom għandhom esperjenza twila fit-tbaħħir. Din is-sena, huma qed jikkompetu b’dgħajsa tal-għola livell li mhux biss hija aktar veloċi iżda wkoll aktar impenjattiva. Magħhom, irenxxielhom jibnu tim ta’ talent kbir magħmul minn: Sean Arrigo, Annemieke Bes, Mathieu Almekinders, Erik Jan van de Zande, Karl Miggiani, Justin Busuttil u Jake Satariano.

Il-jott il-ġdid huwa tat-tip HH42 iddisinjat mill-kumpanija ewlenija Judel-Vrolijk u li bħala hawn biss ħamsa oħra fid-dinja. L-istruttura hija magħmula mija fil-mija minn carbon fibre u tiżen ftit aktar minn 4.2 tunnellata. Id-dgħajsa ġiet ridotta sal-essenzjal biex tiffaċilita l-aċċelerazzjoni u veloċità massima.

Artie Sailing Team huwa kburi wkoll li sab l-appoġġ tad-ditta tal-karozzi Jeep u ilu xhur sħaħ jaħdem biex ilesti l-jott għall-istaġun li ġej.

Il-kollaborazzjoni ma’ Jeep hija parti minn programm ta’ Motors Inc. – l-importatur uffiċjali tal-marka f’Malta – li qed joffri appoġġ lit-talent sportiv lokali.

Jonathan Cremona, il-kap tal-Iżvilupp Strateġiku ta’ Motors Inc., qal li l-marka Jeep u Artie Sailing Team għandhom ħafna kwalitajiet komuni: “Ir-Rolex Middle Sea Race hija avventura unika li se tpoġġi l-perseveranza, il-grinta u l-unità tat-tim taħt prova. Dawn huma l-istess valuri li jiggwidaw lil din id-ditta leġġendarja, u Jeep se tkun motivazzjoni kontinwa għall-iskwadra matul it-tellieqa sħiħa.”

Ir-Rolex Middle Sea Race tibda s-Sibt 19 ta’ Ottubru mill-Port il-Kbir, b’144-il jott minn 17-il pajjiż jikkompetu għall-glorja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Il-jott Malti Elusive 2 ta’ Christoph, Maya u Aaron Podesta huwa r-rebbieħ overall tal-40 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race bil-corrected time. Sal-bieraħ kollox wera li Elusive kien se jkollu jikkuntenta…

Ibburdjar

Artie III tal-iskippers Lee Satariano u Christian Ripard huwa l-ewwel jott Malti li lesta l-korsa ta’ 606 mili nawtiżi fl-40 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Artie wasal Marsamxett kmieni wara…

Ibburdjar

Ekwipaġġi mir-Royal Malta Yacht Club Sailing School ingħaqdu ma ‘l fuq minn 200 tim, li jirrappreżentaw 23 pajjiż, fil-Kampjonati Dinjija tal-Klassi RS Feva li saru f’Follonica, l-Italja. Il-kontinġent tal-Klabb, immexxi…

Aktar