Ibburdjar
Ibburdjar: Tliet ġimgħat mit-tluq tar-Rolex Middle Sea Race

Fadal tliet ġimgħat għat-tluq tar-Rolex Middle Sea Race tal-2021 u l-lista ta’ jottijiet tawgura l-possibbiltà ta’ tellieqa mill-isbaħ.

Bħalissa ddaħħlu 125 jott, ftit inqass mir-rekord ta’ 130 jott stabbilit fl-2018.

It-tluq se jsir mill-Port il-Kbir, fil-Belt, is-Sibt 23 ta’ Ottubru bin-nar tal-kanuni li jħabbru l-bidu tat-tellieqa madwar il-fortifikazzjonijiet tas-seklu 16.

Il-flotta tvarja minn Maxi Monohulls u Maxi Multihulls mal-jottijiet, b’ekwipaġġi ta’ żewġ persuni.

L-akbar jott irreġistrat huwa Skorpios li fiħ 140 pied u li jtellaq bil-bandiera ta’ Monaco.

It-tluq tar-Rolex Middle Sea Race jixxandar dirett fuq TVMNews+.

Miktub minn...
TVM Sport