Ibburdjar MiddleSea
Ibburdjar, Volvo Ocean Race: Il-yaght Mapfre jirbaħ it-tappa Around Hong Kong Island

Il-yaght Mapfre rebaħ it-tappa Around Hong Kong Island tal-Volvo Ocean Race li saret ilbieraħ.

Mapfre kellhom bidu mill-aqwa bil-yaght Dongfeng li daħal fit-tieni post u AkzoNobel fit-tielet post.

Dan ir-riżultat tal-bieraħ ifisser li l-yaght Dongfeng Race għandha l-aqwa punteġġ mit-tappi kollha li saru f’din il-Volvo Ocean Race f’Hong Kong.

Dongfeng Race spiċċaw b’25 punt l-istess daqs il-yaght Mapfre iżda Dongfeng ingħataw il-vantaġġ peress li għandhom l-aktar rebħa riċenti.

Miktub minn...
TVM Sport