Ibburdjar
Ibburdjar: Xpresso ta’ Sean Borg jirbaħ il-Medcomms Round Malta

Xpresso ta’ Sean Borg ħareġ rebbieħ tal-aħħar tellieqa ospitata mir-Royal Malta Yacht Club għal din is-sena, fit-tellieqa, Medcomms Round Malta.

Il-bidu tat-tellieqa kien wieħed kompetittiv ħafna bit-TonTon ta’ Jonathan Gambin, Xpresso ta’ Sean Borg u Vivace ta’ Andrew Agius Delicata jippruvaw joħorġu minn fuq u jmexxu l-flotta.

Malli il-flotta daret il-fliegu ta’bejn Kemmuna u Għawdex, il-majjistral beda juri l-qawwa tiegħu u Xpresso mar fuq quddiem biex żamm il-vantaġġ sal-aħħar biex l-esperjenza tal-ekwipaġġ waslithom għall-aħħar tellieqa tas-sena b’riżultat tajjeb.

Miktub minn...
TVM Sport