Iben il-leġġenda Skoċċiż Colin Hendry jingħaqad ma’ Lija Ath bħala barrani ġdid

Il-klabb tal-Ewwel Diviżjoni Lija Athletic irreġistraw ir-raba barrani tagħhom fl-iskwadra, dan huwa l-midfielder Skoċċiż Kyle Hendry.

Isem ġdid għal kollox fix-xena tal-futbol, madankollu Kyle li għandu 23 sena jiġi iben l-eks captain tat-Tim Nazzjonali Skoċċiż, u eks difensur ta’ Manchester City u Blackburn Rovers fl-Ingilterra Colin Hendry.

colin-4x3195-255609_478x359

Kyle Hendy it-Tnejn niżel għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ ma’ sħabu l-ġodda taħt il-gwida tal-kowċ Brian Spiteri, u mhux eskluż li nhar il-ġimgħa li ġejja jagħmel id-debutt tiegħu fil-futbol Malti, meta Lija Ath jiltaqgħu kontra Fgura United.

Żewġ timijiet li ġejjin minn rebħa fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, u li huma fost diversi klabbs li qed jisfidaw għall-promozzjoni fl-ogħla Diviżjoni l-istaġun li ġej.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Wara telfa minima u draw, tasal ukoll ir-rebħa għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-kategorija. Ir-rebħa ta’ 2-1 ġiet fl-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Litwanja:…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi minn Silvio Vella tilef it-tieni logħba ta’ ħbiberija kontra l-Albanija bl-iskor ta’ 3-2. Fl-ewwel logħba kontra l-Albanija tlett ijiem ilu Malta kienet…

Futbol lokali

Magħrufa s’issa tliet semifinalisti tan-knockout tal-1 diviżjoni tal-Gozo Football Association. Xewkija Tigers għaddew mal-aħħar erbgħa b’rebħa ta’ 3-1 fuq Kerċem Ajax. Xewkija tnejn minn fuq fl-ewwel taqsima b’goals ta’ Shaun…

Futbol lokali

Illejla mistennija risposta mit-team nazzjonali Malti kontra l-Gżejjer Faroe fl-aħħar partita tal-grupp kontra l-Gżejjer Faroe. L-aspettattiva għall-partita hija qawwija wara d-disfatta tas-Sibt mal-Kosovo: b’xejn inqas minn rebħa ma tissodisfa lill-kritiċi…

Aktar