Futbol internazzjonali
Ibrahimovic b’diskussjonijiet ma’ AC Milan biex iġedded il-kuntratt

L-attakkant ta’ AC Milan, Zlatan Ibrahimovic, beda diskussjonijiet biex iġedded il-kuntratt.

Ibrahimovic, ta’ 39 sena, għandu kuntratt sa Ġunju li ġej u f’dan l-istaġun skurja 15-il gowl fis-Serie A.

Il-media Taljana qed tirraporta li n-negozjati jinsabu mexjien tajjeb iżda għad m’hemmx data għal meta l-Iżvediż se jkun qed jiffirma.

Ibrahimovic reġa’ rritorna fit-tim nazzjonali tal-Iżvezja fix-xahar li għadda wara nuqqas ta’ ħames snin.

Hu kien mistieden speċjali tal-festival mużikali ta’ San Remo ta’ din is-sena flimkien mal-preżentaturi Amadeus u Fiorello.

Miktub minn...
TVM Sport