Futbol lokali
Iċ-ċentru tekniku tal-MFA bi protokoll għat-taħriġ tat-timijiet nazzjonali

Iċ-ċentru tekniku tal-MFA ħareġ bi programm ta’ protokoll għar-ritorn tal-partiti tat-tim nazzjonali A u ta’ taħt il-21 sena.

Il-programm ikopri it-testijiet fiżiċi u mediċi, is-sessjonijiet ta’ taħriġ u anki laqgħat tekniċi li jkollhom mil-plejers.

Dawn ir-regolameti se jkunu qed jinżammu fil-ġimgħat ta’ taħriġ li t-timijiet nazzjonali se jkunu qed jinġabru fihom fit-training grounds ta’ Ta Qali qabel l-impenji internazzjonali.

Miktub minn...
TVM Sport