Futbol lokali
Iċ-Champions Floriana kontra Gżira u Valletta kontra Birkirkara fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier 2020/21

Valletta kontra Birkirkara hija l-iktar logħba attraenti tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 li se jibda fil-11 ta’ Settembru. Fl-ewwel ġurnata ċ-Champions renjanti Floriana jaffrontaw lil Gżira United.

Dan sar magħruf illum hekk kif l-MFA tellgħet il-poloz tal-kampjonati kollha mill-kampjonat tan-Nisa sal-kampjonat Premier.

Kif tħabbar aktar qabel, ittelgħu l-poloz ukoll ta’ dawk li se jkunu riferuti bħala n-National Challenge League magħruf qabel bħala l-ewwel diviżjoni u n-National Amateur League li issa se jinkorpora fih it-teams tat-Tieni u tat-Tielet Diviżjoni.

Il-Poloz itellgħu mis-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti fil-preżenza tal-ex players tat-team Nazzjonali Malti, Tasha Pace, Rebecca D’Agostino, Gareth Sciberras u Nicky Saliba.

Il-proċedura tal-poloz, il-kompożizzjoni tal-kampjonati u dettalji dwar min se jkun relegat, promoss u l-fażi tal-playoffs tal-Amateur League u taċ-Challenge League ġew spjegati fid-dettal minn Stephen Azzopardi Direttur Football Operations tal-MFA.

Dan hu l-programm tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier 2020/21 liema logħbiet se jkunu qed jintlagħbu bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru 2020.

Kampjoant BOV Premier – Match Day 1:

Ħamrun Spartans v Sirens

Żejtun Corinthians v Sta Lucia

Sliema Wds v Hibernians

Lija Athletics v Senglea Athletic

Floriana v Gżira United

Mosta v Gudja United

Tarxien Rainbows v Balzan

Valletta v Birkirkara

Dan hu l-programm tal-ewwel ġurnata tan-National Challenge League 2020/21

National Challenge League – Match Day 1:

Pembroke A v Pieta H.

Qormi v Naxxar L.

Swieqi Utd v St. Georges

Marsa v Vittoriosa S.

San Ġwann v Qrendi

St Andrews v Fgura Utd

Żebbuġ R v Mqabba

*Peress li n-National Challenge League se jkun kompost minn 15 -il team Marsaxlokk mhux se jilagħbu fl-ewwel ġurnata u se jidħlu fl-azzjoni f’Match Day 2 kontra Pembroke A.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tmintax -il organizazzjoni mhux governattiva irċevew donazzjonijiet mill-Malta Football Association bħala parti mill-proġett ta’ Social responsibility : Football For Life programme. Dawk li rċevew id-donazzjonijiet kienu : Puttinu Cares, Dar…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali Malti Joseph Mbong, ftit tal-minuti ilu sar plejer ta’ Hamrun Spartans. Jidher li bejn Hibernians u Hamrun Spartans intlaħaq ftehim dwar iċ-ċifra tat-trasferiment proprju fl-10.15 am meta kien…

Aktar