Oħrajn
Iċ-Chief Executive ta’ Cricket Australia, Kevin Roberts, jirriżenja

Kevin Roberts, iċ-Chief Executive ta’ Cricket Australia, irriżenja mill-kariga tiegħu wara kritika qawwija dwar il-mod kif mexxa l-Assoċjazzjoni fl-agħar żmien ta’ kriżi tal-pandemija tal-coronavirus.

Roberts, ta’ 47 sena, kien kritikat għal mod kif ħa l-miżuri dwar l-ifrankar tal-ispejjeż, li kienu jinkludi 80% qtugħ ta’ salarji lil kulħadd.

Roberts kien inħatar f’Ottubru 2018 wara 17-il sena presidenza ta’ James Sutherland.

Nick Hockley inħatar fil-kariga ta’ Roberts sakemm jinstab is-sostitut.

Miktub minn...
TVM Sport