Olimpijadi TOKYO 2020
Iċ-Ċina tikkonferma li ser tibgħat 431 atleta għall-Olimpjadi ta’ Tokjo

Iċ-Ċina ser tibgħat 431 atleta għall-Olimpjadi ta’ Tokjo, f’kontinġent li ser ikun fih b’kollox 777 persuna.

Mill-atleti, 298 huma nisa filwaqt li 133 huma rġiel, li l-età tagħhom tvarja bejn l-14 u t-52 sena. L-iżgħar atleta hija l-għawwiema Quan Hongchan, filwaqt li Li Zhengiang għandu 52 sena u ser jieħu sehem fl-ekwestriju.

Jidher li s’issa ċ-Ċina hija ċerta minn 318-il post f’225 kompetizzjoni fi 30 dixxiplina differenti, b’atleti oħra mistennija jġibu ħinijiet tajbin fil-jiem li ġejjin li jikkwalifikawhom għall-Olimpjadi li jibdew fit-23 ta’ dan ix-xahar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA