Olimpjadi tax-Xitwa - BEIJING 2022
Iċ-Ċina tirċievi l-fjamma olimpika

Il-fjamma olimpika kienet uffiċjalment mgħoddija lir-rappreżentanti Ċiniżi li jinsabu l-Greċja. Il-Viċi President tal-Kumitat Olimpiku Ċiniż Yu Zaiging irċieva l-fjamma mingħand il-membru tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Sypros Capralos f’ċerimonja li saret fl-Istadium Panathenaic f’Ateni.

Il-fjamma olimpika issa mistennija tittieħed iċ-Ċina fejn hemmhekk ser tibda ddur mal-pajjiż kollu sakemm fl-4 ta’ Frar 2022 tasal fl-Istadium ta’ Beijing waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tax-Xitwa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA