Sports Internazzjonali
Iċ-Ċiniż Aaron Zang jirbaħ it-tournament tal-poker fl-Ingilterra

Aaron Zang, businessman Ċiniż, rebaħ it-tournament tal-poker li sar fl-Ingilterra li fih ħadu sehem 54 plejer. Kull parteċipant kellu jħallas €1.10 miljuni biex jieħu sehem u r-rebħa taċ-Ċiniż kienet pjuttost sorpriża meta għeleb uħud mill-aqwa pokers tad-dinja. Fit-Triton ta’ Londra, Zang rebaħ is-somma ta’ €15-il miljun wara li fil-finali wasal f’kompromess mal-kompetitur tiegħu Bryn Kenney. Sa dak il-ħin Kenney kellu l-aktar flus f’idejh minħabba n-numru ta’ chips, biċ-Ċiniż finalment ikun iddikjarat rebbieħ biex b’hekk sar l-aktar bniedem li qatt rebaħ flus f’kompetizzjoni tal-poker.

Matul dan it-tournament inġabru €3 miljuni għall-karità.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula 1: Is-sewwieq minn Monaco Charles Leclerc fuq karozza Ferrari kiseb it-tielet Pole Position konsekuttiv fl-aħħar tliet Grand Prix hekk kif illum irreġistra l-aħjar ħin u rebaħ il-Pole Position tal-Grand…

Formula 1

Formula 1: Is-sewwieq Pollakk Robert Kubica ħabbar li fi tmiem il-kampjonat ta’ din is-sena mhux se jibqa’ jsuq mal-Williams. Kubica kien għamel ritorm fil-Formula 1 wara li tmien snin qabel…

Sports Internazzjonali

Maxim Abramov, tifel Russu ta’ 10 snin, sar popolari mil-lejl għan-nhar wara li l-leġġenda tal-iskateboarding Tony Hawk tefa’ video ta’ dan it-tfajjel fuq Instagram. F’temp ta’ ftit sigħat in-numru ta’…

Sports Internazzjonali

Spanja huma r-rebbieħa tal-kompetizzjoni EURO Futsal Under 19 meta fil-belt kapitali tal-Latvja Riga huma għelbu lil Kroazja bl-iskor konvinċenti ta’ 6-1. Kien hemm atmosfera ferm sabiħa fil-Padiljun Sportiv ta’ Riga…

Aktar